Press Release: Positive outcome for Black Friday 2024
29 November 2024
Feedback reported to the Malta Chamber of SMEs on Black Friday results indicates mixed outcomes....
Rapport Amministrattiv 2004
Vincent Farrugia – Direttur Generali
L-2004 kienet sena specjali. Bdejna b’analizi dettaljata tal-programm tal-gvern biex iwettaq il-pakkett kollu miftiehem mall-Unjoni Ewropeja qabel l-appuntament importanti tal-1 ta’ Mejju 2004. Dan l-avveniment mhux biss kien ta’ importanza assoluta ghall-pajjizna izda kien, u ser jibqa’, jghodd hafna ghall-imsiehba kollha taghna. Mhux biss ghax Malta issa hadet linja rriversibbli li jeja bilfors trid tiggerja l-ekonomija taghha, izda ghalina ta’ importanza kbira minhabba l-impatt tad-dhul ta’ hafna direttivi u regolamenti godda u l-ftuh berah tas-suq taghna u l-liberalizazzjoni kompleta tal-kummerc. Dan barra l-importanza kbira u mghaggla li Malta tfittex issolvi l-problemi ekonomici li qed ixekkluha milli tkun kompetittiva bizzejjed biex tkun f’pozizzjoni tajba biex tahtaf l-opportunitajiet li s-suq enormi ewropew joffri lill-pajjiz ckejken bhal Malta.
2. Preparattiva
Il-GRTU fl-ewwel stadju riedet tara kif kienu ser jitnehhew l-levies, kif kienet ser issir ir-riforma fid-dwana u tghasses ghal xi manuvri li setghu jsiru biex jostakolaw il-kummerc bl-iskuza tal-protezzjoni lill-prodott Malti l-aktar dak agrikolu. Il-GRTU fil-fatt illum kburiha li wahidha ghamlet sforz kbir biex ma thalliex lil min bl-iskuza ta’ protezzjoni lil xi settur Malti jivvinta xi rigididajiet godda. Shaqna fuq li shaqna li filwaqt li nissapportjaw kull ghajnuna lil prodott u lil lavur Malti ghax hekk hu xieraq u jaqbel biex l-valur mizjud ekonomiku Malti jinzamm gholi, izda ma konniex ser naccettaw l-ebda mposizzjoni taht l-ebda skuza. Kellna diskussjonijiet kontinwi mall-kapijiet tad-Dwana, tal-Free Port, tal-Ministeru tal-Affarijiet Rurali (Biedja) u mall-Ministeru responsabbli mill-Kummerc u zgurajna li ma jkunx hemm loghob burokratiku. Uzajna sewwa l-kuntatti taghna fil-EuroCommerce biex rajna li Malta timxi verament mar-regoli Ewropej. Dak li qed isir minna f’dan il-qasam hu ezempju haj tax-xoghol il-gdid tal-GRTU. Ghalhekk hu mportanti li nkunu armati mhux biss biex f’Malta nghassu u nikkontribwixxu biex dak li jinbena u jithaddem isir bis-sens u verament b’rispett lejn il-mudell ta’ kompetizzjoni kif imhaddem fl-Unjoni Ewropeja, izda wkoll b’kuntatti tajbin fi Brussels biex, flimkien ma ghaqdiet bhalna li jirraprezentaw lill-SME’s u lis-settur kummercjali, l-ewwelnett naraw li l-Kummissjoni Ewropeja ma timponiex aktar regolamenti zejda fuq l-intraprizi z-zghar u wkoll biex l-GRTU tkun assistita kull meta tkun tinhtieg b’pariri dwar kif ghandha tisgura li dak li jsir f’Malta jkun konformi ma dak li hu approvat mill-Kummissjoni Ewropea.
3. Rapprezentanza
Il-lum il-GRTU hi membru shih tal-EuroCommerce li hi l-aktar organizazzjoni influenti fi Brussels li tirrapprezenta lis-settur tal-wholesale, retail u trading u l-GRTU hi membru tal-Kumitati l-aktar influenti ta’ din l-organizzzjoni. Il-GRTU hi wkoll membru shih tal UEAPME li tirraprezenta l-organizzjonijiet nazzjonali fl-istati membri li jitkellmu f’isem l-SMEs u l-intraprizi tal-crafts. Fil-UEAPME il-GRTU ghanda nfluenza kbira u diga hadmet ma msiehba ohra Ewropej fuq progetti f’isem l-SMEs tal-pajjizi membri. Il-GRTU hi wkoll membru tal-CONFIAD – Pan European Network li tigbor fiha lil Agenti tad-Dwana operaturi ohra li jhaddmu negozji marbuta mall-operat tal-moviment tal-kummerc bejn il-pajjizi msiehba fl-Unjoni Ewropeja. Id-Direttur General tal-GRTU hu wiehed mill-Vici-Presidenti ta’ din l-organizazzjoni Ewropeja u s-Sur Paul Abela Membru tal-Kunsill hu membru tal- Board Ezekuttiv. fi Brussels wkoll illum ghandna rapprezentanza qawwija fil-European Economic and Social Council fejn Ms Sylvia Sciberras membru tal-Kunsill tal-GRTU hi wahda miz-zewg rapprezentanti Maltin li jirraprezentaw lis-sidien tal-intraprizi Maltin. Hi mhux biss membru tal Assemblea Plenarja tal EESC izda wkoll membru ta’ tlieta mill-hames kumitati mportanti tal-EESC.
4. Taxxi Godda
Wara l-1 ta’ Mejju 2004 l’rwol l-gdid tal-GRTU beda jithaddem hekk kif l-gvern beda b’ghagla jimponi ligijiet godda biex, kif qal, ikunu konformi mall-Unjoni Ewropea. Il-Ligi li l-aktar holqot inkwiet kienet l-Eco Tax. Mhux biss din kienet ligi mposta bl-ghagla u mahduma hazin izda ddahhlet f’sena fejn l-konsumatur kien diga tghabba b’piz kbir zejjed wara z-zieda tal-VAT minn rata ta’ 15% ghall-rata ta’ 18% u dhul tal-VAT fuq lista gdida ta’ prodotti. Il-GRTU ghamlet glieda iebsa biex zgurat li l-Eco Tax ma tkunx imposta fuq prodotti li kienu diga fis-suq qabel id-dhul. Ghall-GRTU dan hu principju fundamentali ghaliex qatt m’hu accettabbli li taxxa gdida tidhol ukoll fuq prodotti fis-suq.
L-Eco Tax hi ta’ nkwiet partikulari ghaliex tinvolvi principji godda: fuq il-karta jidher skop tajjeb, izda fit-thaddiem hemm inkwiet serju ghal kull min hu fin-negozju dan ghaliex il-bniedem tan-negozju m’hux espert fir-reciklagg u fil-gbir tal-iskart u meta l-flus qed jingabru centralment wiehed kien jistenna li min qed jigbor l-flus jerfa aktar u mhux jippretendi li jghabbi fuq haddiehor.Ghall-GRTU din hi ligi sfaccata li qed tinqeda bl-ambjent biex tigbor miljuni ta’ liri minn fuq il-kunsumatur b’dannu kbir ghall-kummerc u b’pizijiet u responsabbiltajiet mghobbija fuq is-sidien tan-negozji.
Iz-zieda fil-VAT kienet daqqa kerha hafna lill-kummerc f’sena meta l-ekonomija mhiex tikber. Il-GRTU wahedha kienet ilha tghid li Malta waqghet f’cirku ikrah ta’ no growth u bit-tnaqqis reali fir-rata ta’ tkattir ekonomiku u ta’ dan qlajna hafna kritika ngusta. Il-verita hi li l-pajjiz mhux jikber m’hawnx qliegh bizzejjed ghal kulhadd u z-zieda fil-VAT u dhul tal-Eco Tax komplew gharqu l-biegha. Dan barra l-hafna pizijiet ohra li qed jiddahhlu bla pjan u bla kontroll. Dan kollu qed jokkupa u jippreokkupa lil GRTU hafna ghax jidher car li l-gvern dejjem lest biex jisma lil burokratici ta’ madwaru u mhux jisma bizzejjed lil msiehba socjali li jirraprezentaw lill-intrprizi zghar Maltin.
5. Kunsultazzjoni
Dan kollu jweggana ghaliex illum l-GRTU ghandha l-post li jixirqilha fuq l-Bordijiet u Awtoritajiet kollha fejn is-settur privat hu rikjest li jippartecipa. Jigifieri konsultazzjoni hemm. Ahna kuntenti b’din il-fiducja li l-awtoritajiet qed juru fil- GRTU u qatt qabel il-GRTU ma kellha daqshekk say f’daqshekk Bordijiet importanti. Ir-rapprezentanti taghna qed jinvestu sieghat u granet shah f’laqghat ta’ konsultazzjoni u l-GRTU qed tinvesti hafna f’ezercizzji ta’ studji u nfieq f’surveys u f’pariri professjonali biex inkunu ppreparati sewwa ghal kull fejn is-sehem taghna, f’isem is-setturi rapprezentati minnha, hu rikjest u mehtieg. Jidher izda li dan ix-xoghol qed ikun stmat fqir wisq mill-gvern u mill-awtoritajiet. Jidher li fis-sistema mhaddma f’pajjizna l-kuncett ta’ partecipazzjoni u kunsultazzjoni mall-imsiehba socjali ghadu mhux dak li hu pprattikat fl-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni Ewropea. F’Malta ghad hawn minn jahseb li ghax fil-gvern mela l-importanti biss li jisma u mhux li jwettaq b’kunsens u bi ftehiem. Nifhmu li ghadna bidu u kullhadd irid jitghallem aktar izda z-zmien hu kontrina u kull twettieq bla kunsens qed jitfana lura
Irridu nahdmu hafna aktar biex l-gvern u l-awtoritajiet ikunu aktar enterprise driven u mhux regulation driven. Din is-sena aktar mis-snin ta’ qabel il-GRTU f’kull okkazjoni ghamlet sforz kbir biex tenfasizza dan il-messagg. Hu importanti hafna ghalina dan ghax inkella qed naghsqu fl-ilma. Illum il-President u l-Ufficcjali u b’mod partikulari u eccezzjonali d-Direttur Generali, huwa impenjat f’hafna u hafna laqghat. Dan isir b’sagrificcju kbir kemm ghall-persuni, l-aktar l-Ufficjali li huma kollha voluntieri u kull siegha li jaghtu jehduha minn fuq n-negozzju taghhom, izda wkoll ghall-organizazzjoni tal-GRTU innifisha. Dan ghaliex aktar ma ninvestu f’dawn l-attivitajiet anqas jifdal hin ghall-attivitajiet l-ohra tant importanti ghall-GRTU: attenzjoni ghall-kazijiet individwali, laqghat tal-Kumitati tas-sezzjonijiet, laqghat fid-distretti u laqghat tal-gruppi.
6. Sezzjonijiet
Xorta wahda izda din is-sena kienet sena attiva hafna ghall-GRTU b’numru ta’ sezzjonijiet li zammew ritmu kontinwu ta’ laqghat u bit-twaqqif ta’ sezzjonijiet godda. Ir-ritmu sfortunatament izda baqa’ dejjem marbut mall-issues kurrenti u ftit huma dawk is-sections li jiltaqghu anke bla issues ghax jaraw li jkun jaqbel li jiltaqghu regolarment biex jghassu l-posizzjoni tas-settur taghhom, jlahhqu mall-ligijiet u regolamenti godda u biex jippjanaw strategija ghall-quddiem. Il-GRTU hawn trid tara kif tinstiga lill-membri jinvestu ftit aktar biex sezzjonijiet fejn jista’ jkun hemm is-sahha u hemm skop ghall-organizazzjoni aktar professjonali jkollhom segretarjat apposta mhallas mis-sezzjoni biex il-piz ma jaqax kollu fuq id-Direttur Generali li jrid jaghmilha ta’ Segretarju Generali tal-organizazzjoni kollha u Segretarju u ko-ordinatur ta’ kull Kumitat u kull sezzjoni filwaqt li jrid ikun amministrant u konsulent fuq l-oqsma kollha ewlenin li jolqtuna.
Din is-sena bdejna b’din is-sistema ta’ dicentralizazzjoni u rridu nkomplu aktar fis-sena li gejja. Xorta wahda izda jibqa li x-xoghol fis-sezzjonijiet irid aktar pacenzja u dedikazzjoni u jiddependi hafna mill-persuna jew persuni li jidhlu ghat-tregija tas-sezzjonijiet. Kull fejn ghandna tregija tajba fis-sezzjoni x-xoghol jimxi u r-rizultat jinhass. Irridu nissahhu hafna aktar f’dan il-qasam u irridu nissahhu wkoll fil-qasam tal-loklalitajiet.
7. Kwistjonijiet
Din is-sena l-Kunsill haseb biex iwaqqaf Kumitati ghall-numru ta’ divizjonijiet li jigbru flimkien numru ta’ sezzjonijiet b’interessi komuni jew vicini bhal ma huma ir-retailers, it-traders, is-services, u l-produtturi lokali. Izda ghal darb’ohra dawn il-kumitati ma hadmux. Bqajna li nahdmu l-aktar fejn hemm issues, fejn hemm krizi. Kellna hafna min dawn, x’uhud minnhom li jolqtu lill-hafna negozji bhal ma hi dik tar-regolamenti tat-tipjip fil-postijiet tan-negozju.
Fuq din il-kwistjoni sensittiva l-GRTU hadmet hafna u kkoperat bis-shih biex idahhlet sistema biex fejn fuq post tax-xoghol u f’postijiet fejn l-individwu jidhol ghax ma ghandux ghazla ohra ma jkunx hemm tipjip. Ikkollaborajna hafna ukoll biex fil-hwienet ma jkunx hemm tipjip. Stennejna lill-Ministru tas-Sahha jikkolabora maghna x’hin jigi biex jimponi fuq il-postijiet tad-divertiment.
Ahna konna ippreparati sewwa b’pariri ta’ nies teknici biex nisguraw li filwaqt li l-konsumatur li ma jpejjipx u ma jridx duhhan ta’ haddiehor meta jidhol f’restaurant, café, bar jew post iehor tad-divertiment fl-istess waqt nghozzu d-dritt tal-ghazla u wkoll noholqu xoghol gdid lil min jimporta u jisservizzja s-sistema tal-purifikazzjoni tal-arja. Kieku l-Gvern ried bis-serjeta’ jwettaq progett bis-sens u bla ma jghaffeg lil hafna negozji zghar seta hadem mill-qrib maghna kif offrejnielu ahna. Ahna ridna nahdmu biex l-maggoranza tiehu ambjent nadif mit-tipjip minghajr ma jbaghtu n-negozji fil-qasam tad-divertiment. Il-proposti taghna kienu mmirati biex noholqu xoghol gdid ghall-fornituri tal-apparat tad-tindif tal-arja u ghat-teknici tal-maintenance u naghtu ghazla lill-konsumatur bejn postijiet fejn it-tipjip jista’ jsir u ohrajn fejn it-tipjip ma jsirx jew isir biss taht kundizzjonijiet teknikament accettabbli. Izda l-Ministru tas-Sahha pprefera l-pariri tal-burokratici fil-Ministeru tieghu u fil-Malta Standards Authority u njora lill-GRTU li wahedha tirraprezenta lis-setturi kollha milquta. Ir-rizultat hu ikrah hafna.
Il-kwistjoni tat-tipjip laqtet l-aktar lil settur fejn l-GRTU hi organizzata sewwa. F’dan is-settur il-GRTU hadmet hafna fuq il-progett ta’ Paceville u fuq il-progett tal-Bajja ta’ San Gorg u l-President tas-Sezzjoni, Philip Fenech li jirraprezenta lis-settur fil-Malta Tourism Authority u hu nfluenti hafna bhala rapprezentant ta’ dan is-settur. Dan hu settur li jiddependi hafna mit-turizmu. Hu ghalhekk li l-GRTU personalment tirsisti fuq pulitika aktar aggressiva biex it-turizmu bejn Malta jikber u niehdu hsieb aktar il-prodott turistiku Malti.
8. Prioritajiet
Il-lum l-bicca l-kbira assoluta tas-setturi milquta qed isoffru telf kbir u huma wahdiet li rraportaw zieda fix-xoghol. Li qed idejjaq hafna lil GRTU hu li ghalkemm huma hafna l-problemi mportanti fil-pajjiz li lkoll irridu soluzzjoni – ambjent, sahha, toroq, lokalitajiet, dawl u ilma – izda il-gvern jidher li hu mitluf f’dawk li huma prijoritajiet. Qiesu ghadu mhux konvint li l-ekonomija l-ewwel: l-ewwel trid taqlaghha mbaghad tonfoqha. Il-gvern irid il-hin kollu jiehu min fuq min l-kapital iridu biex jinvesti, jahdem u jhaddem u jaqla u jqalla l-flus lil haddiehor bir-rizultat li kulhadd qed ikollu inqas u d-deficit tal-gvern flok jonqos jikber, id-dejn nazzjonali flok jonqos jghola u l-qaghad flok jinzel jitla.
Il-GRTU ghalhekk temmen li hu importanti ghas-settur taghna li ahna kontinwament insemmghu lehinna fuq il-kwistjonijiet kollha socjali u ekonomici biex kontinwament inficcu bilanc ta’ opinjonijiet f’pajjiz fejn lehen l-intrapriza u lehen in-negozji iz-zghar mhux b’sahhtu bizzejjed hdejn dak tal-ghaqdiet tal-haddiema u tal-politici. Irridu nkunu ahna li nisguraw li l-interesi tan-negozji iz-zghar ta’ pajjizna jkunu kontinwament fuq l-agenda tal-pajjiz. Jekk il-lum huma l-hafna li huma konxji taz-zghar ta’ pajjizna zgur li dan hu dovut ghall-pressjoni bla qies li taghmel il-GRTU fuq skala nazzjonali. Irridu nkunu ahna li nfakkru l-gvern x’inhuma l-prijoritajiet vera ekonomici tal-pajjiz. Haddiehor jahseb li l-gid jigi wahdu. Ghar min hekk jahseb li l-gid jigi b’aktar taxxi u regolamenti.
9. Pubblicita
Il-GRTU din s-sena wkoll zammet r-ritmu qawwi u prezenti fil-media kollha permezz ta’ kummenti, media releases, media conferences, events, artikli w intervisti kontinwi. Waqajna lura fil-pubblikazzjonijiet, r-Retailer u n-Newstring li s-sena l-ohra hargu regolari u din s-sena ma hargux. Esperimentajna bl-email u bdejna mpoggu aktar informazzjoni fuq l-website u nibghatu aktar emails ta’ nformazzjoni lill-firxa wiesgha ta’ negozji li huma email connected. Izda ghalkemm investejna biex kabbarna il-lista ta’ negozji bl-email, ghadna lura. Is-sistema mhiex organizzata sewwa u ghad m’ghandniex l-apparat adattat biex nofru servizz modern u efficjenti.
Din is-sena zammejna sewwa r-ritmu ta’ laqghat ghal hafna membri u wzajna diversi drabi s-sala Markiz Scicluna tat-Trade Fair. Ta’ dan nirringrazzjaw lill-Kunsill tal-Fiera ta’ Malta. Zammejna wkoll ir-ritmu ta’ konferenzi fuq temi partikulari fejn spjegajna sitwazzjonijiet partikulari bl-ghajnuna ta’ esperti fuq s-suggett. L-aktar importanti kienet il-Konferenza Nazzjonali li organizzajna bis-support tal-UEAPME
u tal-European Savings Bank Group fuq is-suggett Access to Finance for SME’s. Il-Kelliema distinti gew mill-European Commission, mill-UEAPME, mill-European Savings Bank Group flimkien mall-Bank of Valletta u l-MFSA u bil-partecipazzjoni distinta tal-Prim Ministru ta’ Malta Dr Lawrence Gonzi.
10. Progetti
Il-GRTU din is-sena wkoll hadet sehem attiv ferm fil-Malta Council for Economic & Social Development (MCESD) fejn konna minn ta’ quddiem nett bl-isforzi biex f’pajjizna naslu ghall-Patt Socjali miftiehem mall-imsiehba socjali kollha u fejn b’rabbta kuntratwali naslu biex npoggu l-ekonomija taghna fuq ritmu gdid ta’ tkattir ekonomiku. Hdimna hafna ukoll fuq is-sotto kumitati tal-MCESD dwar l-Kompetittivita, dwar ir-Riforma fis-Sistema tas-Sahha u dwar ir Riforma fis-Sistema tal-Welfare u tal-Penzjonijiet.
Hadna sehem wkoll fid-diskussjonijiet dwar it-twettiq tal-Consumer Credit Control Directive u dwar it-thaddiem f’Malta tas-Services Directive. Hdimna hafna wkoll fuq l-addottazzjoni ta’ numru ta’ direttivi li jolqtu lis-setturi rapprezentati minna. Hdimna hafna wkoll fuq ir-riforma ppjanata ghat-thaddim ta’ skema ta’ Pharmacy of Your Choce fit-tqassim tal-medicini b’xejn taht l-iskema nazzjonali tas-Sahha. Hdimna wkoll biex wasalna ghat-tibdiliet importanti fit-tmexxija tal-Freeport Gate tal-Freeport Terminal u fuq diversi skemi li jolqtu lis-setturi tal-kostruzzjoni u tas-servizzi.
11. Ringrazzjament
Difficli hafna li naghtu d-dettalji qasam b’qasam tax-xoghol kollu li wettaqna din is-sena. Ix-xoghol hu kbir u dejjem jizdied u zgur li nkun qed nonqos jekk ma nirringrazzjax lil dawk kollha li matul is-sena joffru l-ghajnuna taghhom f’rapprezentanza ta’ shabhom. Ghalkemm min ghandi spiss jisimghu kritika, izda nirringrazzja wkoll u min ta’ quddiem lil hafna kapijiet u ufficcjali f’hafna Dipartimenti u Awtoritajiet tal-istat li jghinuna kontinwament biex inwettqu x-xoghol li ma jieqaf qatt u li mieghu jrid ihabbat wiccu d-Direttur Generali tal-GRTU, Ufficjali u assistenti taghna fl-Ufficini tal-GRTU.
Fuq kollox nirringrazzja lill-President u l-Ufficcjali li dejjem insibhom disposti li joffru hafna mill-hin taghhom ghall-GRTU. Zgur fl-ahhar u mhux lanqas li irrid nirringrazzja lil istaff taghna, lill-Carmen Borg, Office Manager u lil Elizabeth Said, Membership Secretary li tant jirsistu s-sena kollha biex ikunu ta’ servizz ghall-membri taghna u li, aktar iva milli le, jahdmu bil-qalb taht pressjoni kontinwa.
Nirringrazzja lil Kunsilliera kollha u lil membri kollha tal-Kumitati Sessjonali tax-xoghol siewi li jghamlu.
Il-Kunsill Ezekuttiv ghas-Sena 2004
Wara l-Laqgha Generali 2003, il-Kunsill Ezekuttiv ghas-sena 2004 gie elett hekk (fil-bracket jidher in numru ta laqghat li kull kunsillier attenda minn total ta’ 17):
President Mr Charles J Busuttil (15/17)
Vici-President Anzjan Mr Joe Tabone (16/17)
Vici-President Mr Marion DeBono (15/17)
Segretarju Generali Onorarju Mr Philip Fenech (16/17)
Tezorier Onorarju Mr Patrick Cutajar (13/17)
Assistent Segretarju Onorarju Mrs Sylvia Sciberras (9/17) Tkun nieqsa ghax tkun Brussels fuq xoghol tal-GRTU
Assistent Tezorier Onorarju Mr Paul Abela (15/17)
President Gozo Division Mr Maurice Borg (12/17)
Membri Mr Peter Abela (7/17)
Mr Manuel Aquilina (4/17)
Mr Alfred Barthet (12/17)
Mr Anthony Camilleri (9/17)
Mr Sergio Camilleri (4/17)
Mr Carlo Cini (7/17)
Mr Vincent Farrugia (17/17)
Mr Hubert Agius (13/17)
Mr Marcel Mizzi (15/17)
Mr Joseph Zerafa (8/17)
Nirringrazzjokom
The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.
A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).