Illum fortunatament in-nies mhux
hmir. Ma tantx jimpressjonaw ruhhom mill-paroli fil-vojt u mill-islogans bla
sens. L-aktar li jdejjqu in-fatti huma dawk li bhal pappagall jirrepetu hafna
frazijiet u jirrepetu hafna stejjer li x’hin taghsarhom ma ssibilhom l-ebda
sustanza. Ghax ghalkemm kulhadd ikejjel b’xibru, izda kulhadd jaf li l-manna ma
taqax mis-sema. Li pajjizna hu pajjiz zghir u jrid aktar minn haddiehor milli
haddiehor irid minna. Li dak li ghandna f’pajjizna: riservi, patrimonji,
industrija, kummerc, biedja, sajd, tarznari, skejjel, sptarijiet,
istituzzjonijiet, djar, banek, negozji, lukandi, portijiet, ajruport – hu
x’inhu, ghamilnieh ahna l-Maltin bil-bzulija u l-makkakkerija taghna.
Kull min gie f’pajjizna, gab mieghu, mhux ma gabx, u l-Maltin tghallmu u
mexxew il-quddiem. Izda fl-ahhar mill-ahhar konna dejjem ahna li hadna hsieb
taghna nfusna. Il-klassi politika Maltija, matul is-snin ma nistghux naqbdu u
narmuha, ghax b’mod generali, biex ma noqghodux niddistingwu fost
il-personalitajiet, kienu kapaci li dan n-naqra ta’ pajjiz jibnuh. Ma bnewx ghax
sabu z-zejt jew ghax sabu t-tezori. Bnew ghax habblu rashom, ghax ma fdawx, ghax
gharfu x’kien l-ahjar li jaghmlu fil-mumenti krucjali. Ghax lil hinn mill-genn u
mis-sahna tal-partiggjanizmu, fl-ahhar mill-ahhar dejjem gharfu x’kien l-ahjar
ghal pajjizna. Ghamlu zelqiet mhux m’ghamlux, izda jekk naraw anke l-istorja ta’
dawn l-ahhar mitt sena, naraw kif il-mexxejja politici Maltin imxew sewwa.
Mexxew lill-Maltin mid-dominanza imperjali ghall-ewwel self-government, ghal
holqien ta’ l-iskejjel u l-iskemi ta’ assistenza socjali u ta’ tahrig, lil hinn
mit-tkissir ta’ gwerra mondjali u farkittna. Mexxewna lejn il-holqien ta’
welfare state u possibiltajiet ta’ xoghol godda f’pajjizna bla htiega ta’
emigrazzjoni, lejn il-holqien ta’ valur ekonomiku produttiv f’oqsma li kwazi
kienu mpossibbli ghal pajjiz ckejken bhal taghna bi ftit rizorsi bhal ma
rnexxielna naghmlu fl-industrija u fil-biedja u fit-turizmu. Hloqna produzzjoni
nazzjonali ta’ valur kbir, centri tal-finanzi, free port, banek ta’ kwalita’,
servizzi essenzjali tajbin, portijiet u ajruporti armati sewwa u struttura u
kwalita’ ta’ hajja li ma nistghux immaqdruha meta nqabblu ruhna ma pajjizi li
bhalna huma nieqsa minn hafna rizorsi.
Fuq kollox izda, hrigna
mill-kolonjalizmu bla tixrid ta’ demm. Gibna r-riformi socjali u politici nterni
filwaqt li sahhahna l-istituzzjonijiet demokratici taghna. Hadna postna f’dinja
fejn, ghalkemm fost l-izghar nett, dejjem irnexxielna nsemmghu lehinna
specjalment fuq in-naha t-tajba, favur l-istabbilta’, favur il-paci fid-dinja,
favur in-nuqqas ta’ tensjoni, kontra l-armamenti, favur il-gustizzja, favur
is-sewwa. Hadna fama bhala pajjiz zghir, kapaci, stabbli u hanin. Mhux ftit dan
ghal pajjiz zghir. U dan mhux holm. Dawn huma fatti.
Fejn sejrin
Issa
pero’ qed iwebbluna li qisna f’xifer ta’ presipicju, jew lejliet l-ispluzjoni
ta’ gid u hena li qatt ma rajna bhala. Dan hu holm u kliem esagerat. Jigri
x’jigri f’pajjizna fis-snin li gejjin, ahna mhux ser nisparixxu jew ser
ninbelghu. U jwieghduna kemm iwieghduna, hadd mhu ser jigi f’pajjizna u
jaghmilna sinjuri u kuntenti. L-ghazla verament hija dwar modi differenti ta’
kif ser inkunu kapaci nkomplu nhaddmu l-izviluppi politici, ekonomici, socjali u
kulturali taghna. Dwar x’ghodod ser nuzaw biex nohorgu mill-problemi li ghandna
u kif nistghu nibnu futur ahjar fis-sikurezza u bi kwalita’ ta’ hajja li tibqa’
toghla. Izda zgur li l-ewwel irridu naghzlu l-ahjar mezzi biex insolbu
l-problemi l-kbar li ghandna llum. Problemi kbar li d-dahna kbira ta’ kliem li
hawn bhalissa dwar nidhlu u ma nidhlux fl-Unjoni Ewropea bhal donnu qed jidfen u
jinsa.
U din fil-fatt hi l-ewwel holma li l-poplu Malti jrid johrog
minna. Mhux ghax, bhal ma jsir dejjem, kien hemm is-soltu xiri u xalar ta’ matul
il-festi ta’ l-ahhar tas-sena, nahsbu li kollox sewwa u li l-problemi ghaddew.
Il-problemi, l-aktar dawk ekonomici, mhux talli ma solvewhomx, talli qed ikomplu
jikkargaw u jigravaw. Jien ktibt qabel il-Budget, li aktar ma budget speech
idoqqulu trombi u jonfhuh aktar ikun budget li jintesa malajr. U hekk gara. Ghax
il-Budget li ghadda diga indifen taht l-istatistika ekonomika li hierga.
Statistika li qed turi li kontra t-tbassir tal-Ministru, id-dhul tal-gvern qed
ikompli jnaqqas allavolja id-dipartiment tat-taxxa qed igennen lil kulhadd u qed
jigri wara flus li mhux vera huma taghhom. Tant qed joholqu genn li hafna
negozji u proprjetarji issa qed jaqtghu qalbhom li xi darba ser ikollhom cans
jergghu jibdew ifendu bil-ghaqal u rega f’pajjizna qed jikber n-negozju
tal-ghazzard u tal-ispekulazzjoni. Ghax illum hafna qed jirragunaw li hi iebsa
wisq il-hajja li tmexxi intrapriza, thaddem in-nies u titfarrak bix-xoghol biex
imbaghad igennuk bit-taxxi u bit-talbiet meta jahsbu jew joholmu huma li hemm
il-qliegh. Hafna ghalhekk qed ibieghu jew jaghlqu u jaqilbu ghal negozju ta’
qliegh aktar ta’ malajr u b’anqas tbghatija. Ghalhekk qed imorru ghal negozju
ta’ l-ispekular. Bhal meta tispekola fil-proprjeta’ u fix-xiri u l-bejgh li ma
tantx jidher ghax hu biss ta’ fuq il-karta. Dawn l-affarijiet isiru meta
l-investitur ihoss li s-sitwazzjoni ghal investiment fit-tul, dirett u
produttiv, mhux tajba. Ghalhekk jaghzel il-facli. L-ispekulazzjoni li ftit li
xejn taghti sahha lill-pajjiz izda taghti hafna lil ftit.
Ir-realta’
tal-lum
Din hi realta’ li l-gvern jaqbillu jistenbah ghaliha ghax hi marda li
ser tkompli tgherri dak li hu diga fjakk: l-entuzjazmu ta’ l-imprenditur Malti
li jinvesti, jhaddem u jkabbar. Mhux l-ghazla bejn Shubija jew Partnership
fl-Ewropa li qed jeqirdu l-ekonomija, izda l-attitudni ta’ min hu responsabbli
li tefa lill-pajjiz f’dahna ta’ kliem fieragh meta l-bazi ekonomika ta’ pajjizna
hi marida. Meta l-gvern qed jaghsar u jaghsar biex ifejjaq il-ferita kbira ta’
dejn nazzjonali u ta’ dejn bejn Maltin u Maltin, negozji u negozji, u fuq kollox
it-tragedja ta’ budget deficit li dejjem jikber. Il-qerda gejja ghalihiex
minflok jghin lil min irid jipproduci, jahdem u johloq ix-xoghol, il-gvern aktar
lest biex jonfoh lil min twebbel bil-progetti ta’ l-ispekulzzjoni. Iva, aktar
lesti biex jonfhu l-ispekulazzjoni. Araw il-gurnali u taraw kif l-ispazju mohli
bl-opportunitajiet ghall-ispekulazzjonijiet u kif qisu lill-ispekolaturi qed
jittimbrawhom bhala eroj. Fittxu ha taraw jirnexxielkhomx issibu storja wahda
ta’ xi investitur li jrid verament johloq jew ikattar negozju u johloq ix-xoghol
fit-tul u jzid il-produzzjoni nazzjonali. Min qed jissogra, jivvinta u jinvesti
fil-bzulija mhux veru li qieghed jigi mghejjun.
Tkellmu ma min tridu
mis-setturi ta’ l-industrija, tat-turizmu, tal-biedja u tas-setturi produttivi u
araw issibux ottimizmu. Allura mhux bil-fors li r-revenue tal-gvern jonqos. Jekk
jizdied ikun ifisser anzi li l-gvern ghadu mhux qed jifhem u jkun qed jibqa
jigdem fil-laham il-haj lil min irid jahdem. Jekk, kif qed jigri izda, l-VAT u
l-Income Tax jaghtu anqas, ikun ifisser li l-profitti qed jisparixxu u l-flus
fil-but qed jonqsu u l-bejgh qed jonqos. Ghax kif tista zzid id-dhul mill-income
tax meta l-ekonomija mhux tikber u l-profitti sparixxew? Kif trid izzid mill-VAT
meta n-nies qed tonfoq anqas? U kif ser tnaqqas id-dejn meta tibqa tonfoq aktar
milli ddahhal u l-isbilanc trid taghmel tajjeb ghalih bid-dejn? U kif ser tohloq
opportunitajiet ghal aktar qliegh fil-futur jekk biex ittaffi d-dejn li qed
taghmel illum, tbiegh l-assi li jridu jtuk il-profitt ghada biex taghmel tajjeb
ghat-telf tal-lum? U kif ser issostni l-problemi ta’ l-industrija u tan-nuqqas
tax-xoghol: bil-holm?
Joholmu
Ghax hi holma, holma kbira nobis, dik
li xi hadd qed jghid li l-Unjoni Ewropea ser tifthilna l-opportunitajiet ghal
investiment u x-xoghol. Meta? Ghada? Is-sena d-diehla? Lil min? Lit-tarzna?
Lill-bdiewa? Lil manifattura? Lill-kummercjanti? Lil-lukandi? Lil min? Fejnhom
il-fatti? Fejnhom il-figuri? Jekk il-gvern jibqa jimla ras in-nies bil-holm
nibqghu nezlin. Ninzlu dejjem iktar l-isfel, fin-nizla tar-rovina. Ghax mhux
vera li l-ekonomija qed tissahhah. Mhux vera li nvestituri u mprendituri Maltin
ghandhom opportunitajiet ahjar li ser isibuhom ghada. Mhux vera li l-finanzi
tal-gvern qed jitrangaw. Mhux vera li qed jinstabu opportunitajiet godda ta’
xoghol produttiv. Mhux vera qed jizdiedu l-proffitti, li huma l-akbar garanzija
ghal aktar investiment fil-futur.
Allura jfisser li qedghin f’xifer
precipizju? Allura jfisser li bl-Unjoni Ewropea nindifnu? Le mhux vera. Li hu
vera hu li la Shubija fl-Unjoni Ewropea u lanqas xi forma ta’ Partnership ma’
l-Unjoni Ewropea m’huma wahidhom ser isolvulna l-problemi ta’ pajjizna. Hi
holma, u holma kbira, li nitwebblu li r-relazzjoni taghna ma’ l-Ewropa hi
l-qofol tas-soluzzjoni.
Il-qofol hu ahna. Ahna l-Maltin irridu nieqfu
noholmu u rridu nibdew nerfghu salibna bis-serjeta’. Is-Shubija jew
il-Partnership joffru ghodod differenti li jghinuna aktar jew anqas biex insolvu
l-problemi taghna. Tajjeb hafna li naghmlu l-ghazla t-tajba u li din l-ghazla
naghmluha malajr. Jalla ma nkomplux nithawwdu aktar u ma nikkumplikawx hajjitna
aktar.
Imma l-ghada tar-Referendum, l-ghada ta’ l-Elezzjoni, il-problemi
ser jibqghu hemm u ser ikunu akbar.
Ma rridx inkun f’qoxort il-Prim
Ministru dak inhar.
|