Sfond
Ekonomiku
L-ewwel li jaghmel il-Pjan hu li jindika l-isfond ekonomiku. Hawn
fejn jibdew l-ewwel argumenti. Nistghu nibdew bid-duhhan li tefghalna madwarna
dan l-ahhar ta’ kollox tajjeb u kollox sejjer sewwa jew inkella nibdew b’analizi
xjentifika serja ta’ x’inhu verament jigri fl-ekonomija Maltija. Nistghu niktbu
biex nimpressjonaw lil Brussels jew inkella nghidu l-fatti kif inhuma vera. Min
ser jikteb din il-parti krucjali tal-Pjan ser jibni jew jghaxxaq kollox. Dan
l-isfond hu l-pedament li fuqu ser jinbena l-Pjan. L-istatistiki ekonomici kif
rajna dan l-ahhar b’mod partikulari tista’ taqra u tinterpreta kif trid. Ghal
Pjan Nazzjonali mod wiehed hemm kif tinterpreta dak sewwa. Jekk
l-interpretazzjoni tkun politika ghax min jikteb din il-parti jibza’ jpoggi
jdejh fuq il-feriti minhabba l-impatt politiku li jista’ jkollu dak li jghid
ghax jista’ jikkontradixxi bil-kbir dak li ilhom jghidu certi professuri
tal-ekonomija, allura nistghu nieqfu hawn. Ghax l-isfond korrett jwassal
ghall-indikazzjoni ta’ dak li jrid isir. Sfond propogandistiku u zbaljat
jgharraq kollox u jkun jiswa’ lil Malta hsara bla qies u telf ta’ miljuni ta’
liri f’assistenza li forsi b’xi mod inkunu nistghu nigbdu lejn Malta. Din
l-analizi ghalhekk m’ghandiex issir mill-impjegati tal-gvern. Mhux ghax m’hemmx
min hu kapaci. Izda ghax naf b’esperjenza qarsa li dan aktar iva milli le
jaghmlu li jkun “prudentement” mehtieg.
Prioritajiet u
Strategiji
Mill-Isfond Ekonomiku johorgu l-iStrategija u l-Prijoritajiet li
fuqu jkun imsejjah il-pjan li ghandu jkopri medda ta’ mill-anqas 4
snin.
Dawn il-prioritajiet ikunu jinkludu policies li jsahhu dak li hu
tajjeb fl-ekonomija Maltija u jeliminaw jew jghelbu d-djufijiet tal-ekonomija u
jindirizzaw problemi bhal:
 Il-kordinament ta’ macro economic policies –
jigifieri ko-ordinament tal-istrategjia kollha ekonomika tal-gvern

Programm ta’ investiment li jsahhah l-istruttura ekonomika u socjali

Programm biex tkun assigurata firxa ahjar tal-investiment fl-oqsma kollha u fuq
iz-zoni kollha tal-gzejjer Maltin.
 Programm ta’ zvilupp edukattiv u ta’
tahrig li jizguraw li l-labour market jghati n-nies bil-kwalifiki adatti
ghat-twettiq tal-istrategija tal-pjan.
 Programm li jolqot b’kull mezz
il-promozjoni ta’ socjeta’ inkluziva immirata biex hadd ma jintrema u tinqabad
is-socjeta kollha fix-xibka tal-izvilupp.
Infrastruttura
Il-Pjan
jindika bid-dettal x’jehtieg isir biex l-infrastruttra ekonomika, socjali u
civili tizgura li Malta jkollha l-potenzjal li tigbed investiment dirett ta’
kwalita’ u li tkun kapaci ssostni ekonomija b’sahhitha b’kompetizzjoni diretta
bla protezzjoni. Din m’hiex facli. Fil-kaz taghna din bilfors trid titfassal bi
pjan miftiehem bejn l-imsiehba socjali kollha: gvern, business u c-civil
society. Ghandna l-anqas biss bdejna nibnuh bis-serjeta’ dan il-kuncett izda
l-kitba tal-Pjan diga’ qed issir, tafux.
Firxa Regjonali
Il-Pjan jkun
irid ukoll jaghti kaz u jippjana sew l-izvilupp tar-regjuni ta’ Malta. Anke jekk
il-gzejjer Maltin huma zghar izda issa rridu nippjanaw b’mod li l-attivita’
ekonomika u specjalizata tinfirex sew bejn Malta kollha inkluzi Ghawdex. Dan
ghall-pajjiz zghir bhal Malta hu mportanti biex ikun assigurat li l-potenzjal
tal-pajjiz kollu jkun taht il-mira tal-izvilupp.
Rizorsi Umani
Din hi
l-parti tal-pjan li tikkoncerna dak li jrid isir biex ir-rizors uman Malti u
Ghawdxi jkun zviluppat sewwa. Dan ghaliex dan hu l-ikbar rizors li ghandna Malta
u pajjizna ma jistax jilhaq livell ta’ ghixien komparabbli sewwa mal-kumplament
tal-Ewropa jekk ir-rizors uman Malti ma jkunx tal-ghola livell u ma jkollniex
partecipazzjoni akbar ta’ nies fil-kamp tax-xoghol. Il-proporzjoni ta’ nies
jahdmu llum hu baxx b’paragun ta’ dak li hu mehtieg biex l-istandard of living
taghna jibqa’ joghla. Il-kwalita’ tar-risors uman taghna wkoll fil-bicca l-kbira
ghadu taht dak li jrid jkollna jekk irridu nikkompetu. Min din il-problema mhux
qed jara, nibza’ li ghadu lanqas beda jifhem x’ghandna hazin
f’Malta.
Programmi ghaz-Zieda fil-Produttivita’
Il-Pjan bilfors li
jrid jindirizza din il-problema u jfassal dawk l-iskemi u mizuri ta’ incentivi u
operattivi biex il-produttivita’ f’pajjizna toghla. Jghidu x’jghidu l-professuri
li jghidu li kollox sewwa, f’Malta ghandna problema ser?a ta’ produttivita’.
Jekk mhux ser nindirizzawha fis-snin li gejjin nibqghu naqghu lura
fl-esportazzjoni, nibqghu naqghu lura fit-turizmu, nibqghu bid-deficit
fil-budget u nibqghu nonfhu d-dejn nazzjonali. Is-salvazzjoni hi wahda; rridu
nziedu bil-kbir il-produttivita’ ta’ pajjizna. Kull zieda fil-qliegh ta’ kulhadd
trid tigi miz-zieda fil-produttivita u mhux zieda artificjali imposta b’xi ligi
jew bis-sahha.
Ghalhekk tant naqbel ma Pjan Nazzjonali ta’ Zvilupp
serju. Ghax dak li haddiehor ma jridx jammetti u li ilhom jargumentaw dwarhom
bla waqfien issa jew jammettuh jew jaghmlu froga. L-istess ghall-imsiehba
socjali. Issa min iqum u jorqod jghid viva l-Ewropa, issa jrid ixammar. Il-qofol
tas-success ta’ Malta fl-Ewropa huwa t-tkattir bil-kbir u fi zmien qasir u skond
pjan onest u mfassal tajjeb, tal-produttivita’ tal-Maltin u l-Ghawdxin f’kull
qasam. Jigu l-flus minn barra wkoll, mela le, izda jekk inxammru bis-serjeta’,
nammettu d-djufijiet taghna, u nintrabtu bejnietna, l-ewwel, imbaghad ma
Brussels, li dak li ghandu jsir ser naghmluh. U mhux bil-paroli. Izda skond Pjan
li ahna nfasslu u nifthemu dwaru u li huma japprovawh.
J’Alla.
|