L-istorja ta’ Ewropa hi
l-istorja tan-negozji z-zghar Ewropej. Hafna jaqraw l-istorja tan-negozji
z-zghar Ewropew bil-mod li ghalmuhielna fl-iskejjel: storja ta’ gwerer civili
bejn Ewropej u Ewropej u hafna drabi bejn nies tal-istess gens fil-firxa kbira
ta nazzjonijiet imsejha Ewropej. Hemm storja ohra izda, l-istorja ta’ dawk
kollha li matul is-sekli hadmu biex holqu x-xoghol. Il-haddiem hadem u ta l-aqwa
snin ta’ hajtu biex l-pajjizi Ewropej staghnaw. Biex illum dan ir-regjun hu
wiehed mill-aktar regjuni sinjuri tad-dinja. Izda x-xoghol ma jinholoqx wahdu.
Il-miraklu tax-xoghol hu l-miraklu ta’ min joholqu.
Huma hafna
l-intraprizi l-kbar li jhaddmu l-miljuni u jdawru biljuni ta’ Euros bejniethom u
jsostnu flimkien qadfa kbira mill-progress ekonomiku ta’ hafna mill-pajjizi
Ewropej. L-intraprizi I-kbar jaffordjaw investimenti kbar f’impjanti u f’sistemi
ta’ livell gholi u jaffordjaw wkoll investimenti kbar fit-teknologija,
fl-innovazzjoni, fit-tahrig tan-nies, fl-izvilupp tal-infrastrutturi tas-suq u
tat-trasport u fuq kollox, l-intrapriza l-kbira ssostni bil-kbir is-sistema
finanzjarja u hi pilastru kbir tas-sistema demokratika mibnija fuq l-liberta
ekonomika. L-antagonizmu ta’ dari lejn l-intrapriza l-kbira ma jaghmilx sens u
ghandhom jehmnu f’dan biss ftit intelletwali li jikkapparraw hafna postijiet
komdi fl-universitajiet u fis-sistemi pubblici kif ukoll f’hafna
organizazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma trade-unjonistici ispirati minn
idjologiji tal-bierah.
Dawk saqajhom mal-art jafu li s-sistema ekonomika
trid l-intrapriza l-kbira u trid firxa tal-investiment kbir li jcaqlaq
l-izvilupp u jaghti spinta lil progress ekonomiku.
Izda fil-prattika hu
dak li jghix fid-dinja reali tax-xoghol jaf li lil ‘hinn mill-investituri multi
nazzjonali u nazzjonali u trans- nazzjonali ta’ qies kbir jeziztu l-kotra
tal-intraprizi. Din il-kotra hi maghmula min intraprizi zghar. Drajna nirreferu
ghalihom bhala SME’s small and medium enterprises. Wara snin ta’ SME’s niezla u
SME’s tiela issa dahlet ukoll r-rikonoxxenza li wara kollox aktar milli medium
enterprises qeghdin fil-fatt nitkellmu dwar small enterprises. Anzi aktar u
aktar dwar micro-enterprises. Mhux l-intrapriza li thaddem aktar min hamsin ruh,
izda dik li thaddem taht il-hamsin u aktar dik li thaddem anqas min
ghaxra.
Ghadna izda mhawda mhux ftit meta naqraw id-dokumentazzjoni dwar
l-intrapriza u dwar l-ekonomija kemm dik Ewropeja kif ukoll dik Nazzjonali,
L-aktar rapport ta’ importanza li hareg f’Malta is-‘Single Programming Document
‘ hu xempju tat-tahwid li ghadu jezizti x’hin l-esperti janalizzaw l-intrapriza
z-zghira. Is-‘Single Programming Document’ ghandu tahwida shiha dwar
l-intrapriza. Xi tfisser intrapriza fis-‘Single Programming Document’? Hadd ma
jaf hlief min kitbu. Qiesu fit-Turizmu ma hemmx intrapriza. Tal-Kummerc u
l-bejgh ma jiziztux. Dawk li jahdmu ghar-rashom m’humiex intrapriza.
Tal-kostruzzjoni, tal-manifattura u tal-barrieri, iva. L-bdiewa w s-sajjieda le.
Dan it-tahwid jizdied meta wiehed ihares lejn il-pubblikazzjonijiet tan-National
Statistics Office, l-NSO. Dawn qed jghamlu xoghol siewi u nteressanti hafna fuq
diversi oqsma, izda, meta tifli x’jghidu dwar l-intrapriza z-zghira, tahwida
shiha. Jkejlu l-impatt fuq l-Gross Domestic Product tas-setturi l-aktar
importanti: manifattura, servizzi, proprjeta, intraprizi statali, banek u
assugurazzjonijiet, settur pubbliku, kostruzzjoni, bejgh u kummerc. Izda ma
nafux x’inhu l-kontribut lejn l-ekonomija nazzjonali tas-settur tan-negozju
z-zghir. U mhux tan-negozji deskritti bhala ntraprizi mill-kittieba tal-Single
Programming Document, le tan-negozji z-zghar kolllha huma fliema oqsma huma;
manifattura, riparazzjoni, crafts, trasport, biedja, sajd, catering, turizmu,
agenziji, xoghol tas-sengha, xoghol professjonali, kostruzzjoni, hwienet,
kummerc, kiri, hu x’inhu. L-intraprizi ta’ wiehed jew aktar li l-ghan taghhom hu
l-profitt.
Id-distinzjoni l-kbira hi bejn dawk li jahdmu ghal paga u dawk
li jiehdu sogru u jahdmu ghal profit, hu x’inhu l-qasam. Din li m’ghandniex
cifri pubbliikati li jiddefinixxu sew dan is-settur u jkejjlu sewwa
l-kontribuzzjoni ekonomika hi problema kbira. Mhux taghna biss tafux. Hi
l-problema ma’ l-Ewropa kollha. Kif allura nistghu inkejlu l-progress. Kif
nistghu nidentifikaw l-problemi b’mod Imkejjel? U kif ser infasslu policies u
nkejjlu l-effett ta’ dawn il-policies?
Is-sabiha hi li c-cifri jeziztu.
Li ma jeziztiex hu l-analizi. Mic-cifri li jinghataw mill-intraprizi, n-National
Statistics Office, jista’ facilment johrog ir-rapport dwar l-impatt ekonomiku u
l-kejl ta’ kull aspett mportanti rigward n-negozji z-zghar. Nispera li din hi
l-ahhar sena li qed nokrob pubblikament ghal pubblikazzjoni ta’ dawn
ic-cifri.
Il-lum aktar minn qatt qabel irridu nkunu nafu fejn ahna. Issa
li wasalna fl-Unjoni Ewropeja dak kollu li llum nistennew jista’ jsir rejalta.
Ic-Charter tan-Negozji z-Zghar li tant minnu hdimna ghalih fi hdan
l-organizazzjonijiet Ewropej li jirraprezentaw in-negozji z-zghar, jaghmel sens,
meta jibda jitkejjel b’mod effettiv. Il-lum ir-rikonoxximent qieghed hemm. Ahna
hadna pjacir f’dawn l-ahhar ftit snin naraw kif l-Kummissjoni Ewropeja qed
tistembah dejjem aktar ghal problemi taz-zghar. Sal-bierah kien qishom l-kbar
biss jeziztu. Ghadhom l-kbar li jiddominaw, jghidu x’jghidu tal-Kummissjoni
Ewropeja. U ghadhom l-kbar li jinstemghu l-aktar jghidu kemm jghidu. ‘Listen to
the voice of small businesses’ F’ittra ndirizzata lil Kummissjoni Ewropeja u lil
Kapijiet tal-gvern Ewropej l-UEAPME, li maghha l-GRTU hi assocjata appellat lil
kbarat tal-Unjoni Ewropeja biex bil-fatti twettaq dak li qed jghidu dwar
l-intrapriza z-zghira.
Il-fatt li bdejna izda hu sinjal tajjeb. Id-Deputy
Envoy ghal SME’s, Mr Emanuel Berk, li ndirrizzana fil-Konferenza Nazzjonali
tal-GRTU fi Frar din is-sena, dwar l-impatt tas-shubija fl-Unjoni Ewropeja fuq
in-negozzji z-zghar ghamlilna kuragg kbir meta spjegalna l-iskemi kollha li
jeziztu u li jofru ghajnuna specifika lin-negozji z-zghar. Jidher kif jghid
tajjeb ir-rapport, ‘Thinking Small in our Enlarging Europe’ li qed isir progress
gmielu fil-bini tal-istituzzjonijiet u l-iskemi li l-ghan taghhom hu li jghinu
lin-negozji z-zghar. Izda it-twettiq ghadu limitat. Qed isir progress fejn
l-intrapriza z-zghira hi organizzata u fejn l-istituzzjonijiet governattivi qed
jifhmu bis-serjeta l-htigijiet ta’ dawn n-negozji. Fejn izda l-mentalita ghadha
dik li n-negozjant z-zghir tarah qiesu xkiel, l-impatt ghadu ma nhassx. Din
tghodd ghal pajjizi kollha fl-Unjoni. Tghodd zgur ghal Malta.
F’dawn
l-ahhar snin kull organizazzjoni li tirraprezenta l-intraprizi Maltin hu x’inhu
il-qasam, ressqet proposti fuq proposti biex l-problemi jkunu ndirizzati. Sar
progress mhux ma sarx, izda baqa hafna x’isir. X’uhud mill-proposti, per
ezempju, dawk ipprezentati mill-GRTU f’pakkett jismu ‘Submissions for a Better
Business Environment for Small Businesses’ baqghu jew fuq l-ixkaffa jew meta
twettqu twettqu b’mod li l-effett taghhom intilef. Hekk sar f’hafna
mis-suggerimenti dwar il-VAT. Niccaqalqu lejliet l-elezzjoni b’certu ritmu
imbaghad nergghu bl-attitudni negattiva qisna kollha hallelin. Nghid li l-htiga
hi l-mentalita li ghadha tirrenja fost certi politici, certi trade unions
dominati, fil-media u fuq kollox fil-burokrazija pubblika. Kuljum meta nitkellem
f’isem iz-zghar ta’ pajjizna ghadni nsofri il-kummenti bla sens ta’ nies li
haqqhom jafu aktar. Hemm qiesu pregudizzju. Hawn nies jghidulha ghira. Ma nafx
x’inhi. Naf li hi attitudni negattiva.
Bhal kull qasam iehor izda dan hu
qasam fejn shabna mill-Unjoni Ewropeja ser jghinuna. Ahna sibna ghajnuna kbira,
l-ewwel minn shabna fil-Federation of Small Businesses tar-Renju Unit, wkoll
mill-ESBD, illum minn shabna fil-Euro Commerce u l-UEAPME – organizazzjonijiet
li ghandhom rapprezentanza qawwija ta’ negozji zghar u li ghandhom influenza li
dejjem tikber fl-Ewropa.
Malta hi pajjiz ta’ negozji zghar. Iffurtunati
ahna li dehlin fl-Unjoni meta jezizti dan l-qawmien ghal htigijiet tan-nies
taghna. L-effett diga jinhass anke f’pajjizna. Niehdu pjacir li qed naraw
fl-ahhar lil kapijiet tal-gvern jkollhom jaghtu rendikont lil xi hadd dwar dak
li qed jaghmlu biex jagevolaw liz-zghar. Il-progress li qed jirraporta
d-dokument tal-Kummissjoni Ewropeja lil Parlament Ewropej jaspira fiducja ghax
qed jirraporta progress f’diversi oqsma. Jien nghid li hu ottimist u fih ftahir
zejjed. Pero jindika direzzjoni tajba, id-direzzjoni li rridu naqdfu lejha
bis-sahha anke minn pajjizna. Anzi forsi aktar ahna ghax zghar u mimlijin zghar.
Iva ejja nahsbu ta’ zghar. Iz-zghir hemm postu. Post ghal pajjizna u post
ghalina n-negozji z-zghar. Post tajjeb fl-Ewropa li qed
tikber.
|