Pjanijiet Lokali
Fost l-istudji li
jniedi l-BICC hemm dawk dwar il-pjanijiet diversi li tfassal il-MEPA, l-aktar
il-Pjanijiet Lokali. Dan l-ahhar gie analizzat fid-dettal il-Pjan Lokali ta`
Ghawdex u Kemmuna u dak tac-Centru ta` Malta. Mir-rapporti ta` l-esperti li
ghamlu l-analizi johorgu xi osservazzjonijiet li m’humiex tant visibbli ghal min
jara l-Pjan Lokali b’mod generali. Ilum nghid xi haga dwar dak li ntqal dwar
il-Pjan t’Ghawdex.
Il-Pjan t’Ghawdex.
Fil-Pjan t’Ghawdex jissemmew
diversi progetti li ghandhom jitwettqu ghall-gid tal-komunita` izda l-Pjan ma
jghid xejn dwar meta ser isiru dawn il-progetti u dwar min ser ihallas ghalihom.
Il-Pjan isemmi wkoll hafna policies, izda wkoll waqt li f’xi kazi jindika min
ser ikun responsabbli ghat-twettieq ta` dak li jghid il-Pjan, f’hafna kazi
t-twettieq qed jithalla ghal haddiehor li mhux indikat. Bhallikieku ohrajn ser
jindunaw bl-gherf li hemm fil-Pjan u jiehdu inizjattivi minn jeddhom. Min qatt
haddem pjan jaf li dan mhux l-ahjar mod kif tippjana. Il-Pjan ghalhekk jitwaqqa
fuq livell ta` ezercizzju akkademiku lil ‘hinn mir-realta`
Min Ser
Ihallas
Meta jissemmew diversi progetti, ma jinghad xejn dwar jekk il-gvern
ghandux il-flus ghal dawn il-progetti jew kif ser johloq il-fondi mehtiega.
F’kazi fejn ser isiru programmi ta` zvilupp dwar progetti li l-gvern diga
accetta u lest li jikkommetti ruhu dwarhom, dan ghandu jinghad hekk kif il-Pjan
ikun approvat mill-Parlament. Meta pjan ikun approvat mill-Parlament, wiehed
jistenna li l-progetti li jkunu msemmijin fil-Pjan ikunu diga gew approvati
mill-Gvern. Daqstant iehor, il-Ministru tal-Finanzi jkun approva l-fondi
mehtiega ghat-tkomplija tal-progetti. Is-serjeta’ tal-gvern ghandha tinvolvi
l-akwist ta` l-art. Izda dwar dan il-pjan ma nghad xejn.
Din li l-Pjan
ikun gej ghall-approvazzjoni tal-Parlament u jkun jinkludi fih progetti ghal
komunita` li jinvolvu nfieq pubbliku konsiderevoli u wkoll akwist ta` art, u
l-gvern ma jkunx diga` ta l-approvazzjoni tieghu ghal dawn il-progetti u vvota
l-flus ghalihom hi stramba. Dan kollu jaghmel il-Pjan ta` Zvilupp fjakk jekk
mhux wkoll li jisgwida, ghax meta progett ikun jidher fi pjan li jkun approvat
mill-kabinett u wara mill-Parlament, ikun ifisser li l-Ministru tal-Finanzi jkun
inkludih bhala parti mill-progetti tieghu.
L-aktar issa meta l-Ministru
Dalli qed jghid li ser jibda jiehu l-Budgets ta` kull sena bhala wiehed li
jorbot ma ta` warajh u ta` warajh bhala Pjan tan-nefqa pubblika. Jigifieri,
l-Ministru tal-Finanzi ser jillimita il-fakulta` ta` hafna istituzzjonijiet
pubblici bhal MEPA li johorgu bi progetti li dwarhom il-Ministeru tal-Finanzi ma
jkunx ippjana u progetta l-fondi mehtiega.
Finanzi Pubblici
Min jifhem
fil-finanzi jaf li din hi wahda mill-kwistjonijiet li gabet lill-finanzi
tal-pajjiz fil-gwaj. Hija facli li wiehed jippjana u jistenna lill-haddiehor
ihallas. Dwar din il-kwistjoni l-Parlament ghandu jkun car: kull progett li
jissemma f’dawn il-Pjanijiet u li jkun imressaq ghall-approvazzjoni, irid ikun
sar b’mod li l-finanzjament tieghu ikun ippjanat sew minn qabel u jkun
inkorporat fil-multi-budgeting programm tal-gvern. Il-privat imbaghad la jkun
jaf li dawn huma progetti konfermati jkun jista` jaghmel huwa wkoll il-pjanijiet
tieghu u mhux kollox fl-ajru.
Il-pjan ghandu ghalhekk jindika x’livell
ta` responsabbilta’ ser ikollu l-gvern dwar il-progetti msemmijja, kif ser tkun
din ir-responsabbilta’ finanzjarja u fuq liema zmien u fuq liema skala. Jiena
niddubita kemm il-Minsitru John Dalli dahal fihom dawn il-progetti! Kemm
ipprezentawlu pjanijiet ta’ nfieq u kemm haddmulu kif ser jingiebu l-flus dawk
li nizzlu dawn il-progetti fil-pjanijiet? Jekk dan ma jsirx kif jista` haddiehor
jinkorpora bis-serjeta` dawn il-progetti fil-pjanijiet tieghu?
Pajjizna
ma jistax jibqa hekk! Kif jista wiehed ifassal u jippjana minn fejn ser igib
il-flus jekk lanqas hu zgur jekk il-progett huwiex holma jew le?
Meta
Ser Jitwettqu
Il-MEPA wkoll trid tibda li f’dawn il-Pjanijiet taghti
indikazzjoni ta` meta l-progetti li ssemmi ser jaslu ghat-twettieq. Kif jista`
jkun li jissemma progett li jkun ser jibdel zona shiha u jibqa mdendel fl-arja u
hadd, jew kwazi hadd ma jkun jaf meta jew jekk hux ser isir? Possibli dawk li
jfasslu dawn il-Pjanijiet ma jafux bl-incertezzi u bid-diffikultajiet li joholqu
sitwazzjonijiet bhal dawn. U xi pjan hu jekk mhux pjan ta kif, fejn u meta u
minn min?
Spinta Ekonomika
Wiehed mil-ghanijiet ta` Pjan hu li jaghti
spinta lill-izvilupp u li jinholqu opportunitajiet godda. Pjan ghalhekk ghandu
jaghti gwida cara u jindika l-incentivi biex zviluppaturi jimxu fuq il-linji
tal-pjan u mhux mod iehor u biex jattira l-interessi tal-izviluppaturi lejn
l-opportunitajiet li jkun irid min iniedi l-Pjan. L-incentivi jistghu jkunu ta`
natura fiskali, assistenza diretta jew sempliciment billi l-affarijiet ikunu
ccarati u iffacilitati biex zviluppatur ikun imhajjar aktar.
Gholi ta`
Bini
Il-Pjan jitkellem dwar policies ta’ gholi ta` bini izda mhux car dwar
kif din ser tahdem. X’ser jigri? Ser nibqghu bis-sistema fejn bini jkun ta` tant
sulari u ta` haddiehor aktar jew anqas? Inkella ser immorru bis-serjeta` ghal
zoni shah fejn l-gholi jkun wiehed u mhux nibqghu imharbta bhal m’ghamilna
s’issa! Il-pjan jindika li hu possibbli li fejn hemm il-limitazzjoni fuq l-gholi
dan jista` f’certi kazi jinqabez! U jekk sal-lum din kienet wahda mil-mardiet
kbar li harbtet il-pjanura t’Ghawdex, issa allura ser nipprogettaw l-istess
diffikulta` ghall-futur?
Postijiet Vojta
F’Ghawdex hemm propozjon
gholi ta` proprjeta` li hi vakanti. Il-MEPA ghalhekk qed tghid li mhux ser
tiftah aktar art ghal zvilupp waqt iz-zmien tal-operat tal-Pjan. Illum diga hemm
art fabbrikabbli disponibbli li fuqha jistghu jitilghu 5,500 dar. Jigifieri
l-fatt li mhux ser tizdied l-ammont ta` art ghal bini mhux ser izzomm tant
l-izvilupp u mhux ser issolvi xejn il-problema li c-centru ta’ l-ibliet u
l-irhula Ghawdxin qed jitmermru minhabba nuqqas serju ta` zvilupp.
Il-MEPA ghandha taghmel flimkien mal-Gvern dak li jsir barra u toffri
pakketti ta` ncentivi fiskali u mod iehor biex dak li jkun jithajjar jiehu djar
qodma u zoni fic-centri u jirrangahom skond il-kriterji tal-MEPA. Bla
inkoraggament dak li jkun imur jinvesti fejn hemm inqas xkiel. Ghalhekk
ic-centri storici qed jitmermru u l-bini qed johrog ‘il barra f’zoni fejn seta`
ma sar bini xejn!
Garaxxijiet
Il-Pjan ta` Ghawdex jirrikonoxxi
l-htiega kbira li hemm f’Ghawdex ghal aktar spazji ghal bini ta` garaxxijiet
ghall-intraprizi z-zghar. Tinhass anke l-htiega li dawn il-postijiet ikunu
ntegrati mac-centri tal-komunita`. Il-MEPA izda hawn ukoll mhux tindika liema
huma l-kriterji dwar kwistjonijiet ta` hsejjes, trabijiet u rwejjah li jistghu
jnaffru lir-residenti. Lanqas ma stipulat x’incentivi ser jinghataw biex dawk li
jridu jibnu f’certi zoni jkunu nkoraggiti jhaddmu s-sistema
mixtieqa.
Impact Assesment
Illum fl-Unjoni Ewropeja ma tistax tfassal
aktar Pjan bi progetti kbar minghajr ma jkun sar l-Environment Impact Assessment
li jikkwalifika li dawn il-progetti jidhlu fil-Pjan. Il-Pjan innifsu hu progett
kbir li jinvolvi t-thaddim u l-uzu ta` hafna artijiet u hafna rizorsi. Fih
innifsu, meta jitwettaq, ibiddel l-ambjent li ghalih il-Pjan ikun tfassal. Barra
minn dan il-Pjan jinvolvi, kif diga ghidna, uzu ta` fondi pubblici kbar u
holqien ta` inizjattivi ekonomici privati fuq skala kbira.
Kif allura
meta wiehed jipprezenta progett uniku l-MEPA tinsisti li jkun hemm Environment
Impact Assessment u mbaghad l-istess MEPA tfassal Pjan ghal lokal shih li jkun
jinkludi fih numru sostanzjali ta` progetti kbar bla ma tfassal Environment
Impact Assessment dwar il-Pjan kollu u dwar il-Progetti imsemmija
fil-Pjan?
Impatt Ekonomiku
U xi nghidu ghal Business Impact
Assessment? Issa fl-Unjoni Ewropeja progetti kbar iridu wkoll ikunu akkumpanjati
minn Business Impact Assessment ghaliex x’ikun jiswa li jittiekel aktar
l-ambjent, tintuza aktar energija u jsir uzu ta` rizorsi, meta finalment ma
jizdiedx il-gid u l-opportunaitajiet ghax effettivament issir haga gdida u
skapitu ta` ohra?
Pajjizna llum wasal fi stat fejn ir-rizorsi taghna huma
limitati. F’Ghawdex aktar minn Malta! Bilfors li l-ippjanar ma jistax jibqa
aktar akkademiku. Izda l-ippjanar irid isir dejjem aktar konkret u mzejjen
b’rapporti ta’ l-impatti kemm ambjentali kif ukoll ekonomici. Li naghmlu minn
issa l’hemm irridu nippjanawh sewwa u mhux sempliciment biex nghidu li ghandna
Pjan.
|