Qabel ma waqa’ l-Hajt ta’ Berlin id-dinja kienet ghada
wisq tahsibha f’termini ta’ “ahna” u “huma”. Matul il-perjodu li kien jirrenja
l-Kommunizmu fuq naha u l-Kapitalizmu fuq in-naha l-ohra l-hsieb qiesu li kien
iddominat minn “ahna” u “huma”. Jekk titkellem favur l-ekonomija tas-suq u favur
l-intrapriza kont tkun ittimbrat Kapitlaist, li f’ghajnejn hafna kelliema
ghall-haddiema kien timbru ikrah wisq. L-istess in-naha l-ohra. Jekk titkellem
wisq favur il-gustizzja socjali u d-drittijiet tan-nies tax-xoghol kont bilfors
ahmar, Kommunist. Il-waqa’ tal-Hajt ta’ Berlin fl-1989 bidlet hafna minn dan
kollu. Wara l-1989 sar bhal speci moda li titkellem favur l-intrapriza u favur
it-twettiq tal-principji tal-ekonomija. L-ekonomija l-ewwel. “It’s the economy
stupid”, tiftakruha din? Bhal dejjem kien hawn min mar fl-estremita’ u bdew
jitfasslu policies li haduna lura ghal zmien Adam Smith, il-fundatur tal-istudji
ekonomici, li verament kien jemmen li l-ekonomija tigi l-ewwel. Ir-rizultat kien
li f’hafna pajjizi l-aktar fl-Amerika ta’ Reagan u l-Ingliterra ta’ Thatcher u
wara l-kapitalizmu beda juri l-wicc ikrah tieghu u intesew hafna mill-principji,
li wara t-tieni gwerra dinija kienu gabu gustizzja socjali accettabbli
fil-pajjizi Ewropej u industrijalizati.
Globalizazzjoni
Il-Kapitalizmu
still ta’ Thatcher willed il-globalizazzjoni. Dan hu l-process fejn il-principji
tal-ekonomija jikmandaw u l-ispecjalizazzjoni marret fuq skala mondjali.
Effettivament kienet tfisser tipproduci fejn jaqbel, tbiegh bl-orhos u suppost
li l-kumplament, jigifieri xoghol u gustizzja socjali, kellu jirrizulta. Nafu
llum li dan ma sarx u li d-dinja gusta ma tahdimx hekk. Twieled il-moviment anti
globalizazzjoni u l-policies ala Thatcher bdew jitwarrbu. Bdejna nitkellmu
b’lingwa gdida u bdew ukoll jithaddmu policies godda f’hafna pajjizi li nehhew
l-estremizmi tat-Thacherizmu u regghu bdew idahhlu l-elementi importanti
tal-gustizzja socjali. Blair fl-Ingliterra beda jhaddem policies imsejha the
Third Way. Effettivament dawn huma policies li filwaqt illi jkomplu jpoggu
quddiem nett il-principji ekonomici jaghtu wkoll importanza kbira
lid-distribuzzjoni ekwu tal-gid b’modd illi tissahhah u mhux titkisser
il-gustizzja socjali. Mhux process facli dan izda bdew jidhru
r-rizultati.
Twin Towers
Wasal Settembu 11, 2001 u l-waqa’
tat-Twin Towers. Id-dinja bhal qiesu stembhet li tezisti firda gdida bejn
pajjizi fqar u abbandunati tant li lesti jmorru ghall-estremizmu u t-terrorizmu.
Il-pajjizi l-kbar bdew jistembhu ghall-fatt li d-dinja riedet bilfors taqbad
rotta ohra. Mhux aktar ir-rotta tal-kapitalizmu sfrenat u tal-globalizazzjoni
akkost ta’ kollox izda ta’ pjanifikazzjoni fuq bazi ta’ principji ekonomici u
gustizzja socjali.
Il-Professur Klaus Schwab, il-fundataur u President
tal-World Economic Forum, isostni bir-ragun, li “waqt li s-settur ekonomiku
ghandu l-hila li jgholli l-livell tal-ghixien u li jkattar l-kwalita’ ta’ hajja,
huwa biss il-gvern li ghandu l-hila u li jirregola u jsawwar il-gustizzja.
It-tkattir ekonomiku u l-gusitizzja huma aktar iva milli le, komplimentari,
pero’ huma r-responsabbilta’ ta’ setturi differenti tas-socjeta’”. Dan ifisser
li wiehed m’ghandux jistenna li l-imprendituri billi jipprovdi x-xoghol u
jkattar il-gid u jgholli l-livell tal-hajja u l-kwalita’ tal-hajja, ser johloq
ukoll il-gustizzja socjali. Il-gustizzja jrid johloqha l-gvern. Il-gvern ma
jfendiex wahdu. Jrid min isusu u min jimbuttah. Ghalhekk taghmel sens it-teorija
li tohrog minn dan kollu. Din it-teorija tghid: il-gid komuni jkun imhares
l-ahjar billi jissawwar partnership reali bejn il-gvern, is-settur privat u
societa’ civili. Dan ifisser li pajjiz modern irid johloq l-istruzzjonijiet li
jaghmlu dan kollu possibli. Pajjiz modern irid isib mezz kif jibni
l-kollaborazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-imsiehba socjali l-aktar importanti
fis-socjeta’. Minghajr dawn il-partnerships, socjeta’ moderna tbghati biex
izzomm ir-ritmu ta’ zieda konsistenti fir-rata tat-tkattir tal-gid filwaqt li
tkompli issahhah u tizvilluppa l-istruttura tal-gustizzja socjali. M’hemm l-ebda
dubju li l-pajjiz li jirnexxielu jibni dawn il-partnerships jgawdi minn era
gdida ta’ tkattir tal-gid u tal-prosperita’ ghaliex, hu f’atmosfera ta’ paci
fir-relazzjonijiet socjali li l-gid u prosperita’
tikber.
F’pajjizna
Il-konflitt igerrex. Il-hitan l-antiki ta’ naha fuq
banda u l-ohra fuq il-banda l-ohra tbezzaghha. Pajjizna llum qed jizloq lura
lejn l-antik. Jien kont ktibt, fil-konfront tal-White Paper dwar
ir-relazzjonijiet fuq il-post tax-xoghol u sejjahtilha White Paper tal-bierah.
Ghidt ukoll li illum u ghada jrid jinbena fuq il-partnership bejn limsiehba
socjali. Dak li gara l-gimgha l-ohra ma ghaggibni xejn. Nghid il-verita’
stennejtu. Inhoss li l-MCESD hu l-istituzzjoni li tista’ twassal
ghall-kollaborazzjoni u koperazzjoni li fuqhom jista’ jinbena l-partnership.
Pero’ ghadna lura. Irridu hafna u hafna aktar bona volonta miz-zewg nahat.
Id-dnub hu li zmien x’nitilfu m’ghandniex. L-ekonomija Maltija qeghda fi stat
ikrah kif ili nsostni gimgha wara gimgha. Jiena nifhem li iffacjati bit-theddida
ta’ qaghad u licenzjamenti ta’ haddiema li l-Unions ma jafdawx u jibzaw
mill-proposti tal-employers.
Nifhem ukoll ghaliex l-employers qed
jitwerwru minn kull proposti li zzidulhom l-ispejjez. Fil-pajjizna hawn nuqqas
ta’ fiducja kbira. Pero’ hu ezettament illum li jrid ikollna l-kuragg li nahsbu
b’idejat godda. Ikun gwaj ghalina jekk nibdew nahsbu differenti meta nkunu diga’
tikissirna.
Inkunu kbar jekk nammettu li l-ekonomija Maltija mghaffga.
Li biex infiequ irridu nigbdu habel wiehed. Li dan jista’ jsir jekk nahdmu biex
nibnu partnerships reali ta’ kollaborazzjoni u koperazzjoni li jkattru l-gid u
l-gustizzja ghalina lkoll. Dan hu l-argument l-aktar importanti li ghandu
jokkupana lkoll.
Dak li gara wara l-waqa’ tal-hajt ta’ Berlin u wara
l-waqa’ tat-Twin Towers, ghallem lid-dinja l-importanza li l-gvern, c-Civil
Socities u d-dinja tal-business jahdmu flimkien. F’pajjizna din il-lezzjoni
jridu nitghallmu wkoll. L-argumenti tal-gimgha l-ohra juru li jonqosna hafna
biex nifhmu dan. Zmien hafna m’ghandiex. Irridu ghalhekk nibdew nibnu
mill-lum.
|