Notice by MCA: Introduction of blocking measures to combat scam calls with Maltese numbers
29 October 2024
The Malta Communications Authority (MCA) reminds that, starting from 1 November 2024, technical measures are...
Il-firmatarji tat-Trattat ta’ Ruma kellhom vizjoni kemm politika kif wkoll morali u ghanjijiet ekonomici cari. F’dinja li tinbidel b’pass verament mghaggel l-enfasi illum hu fuq l-impjiegi, it-tkattir ekonomiku, il-globalizzazjoni u il-bidla teknologika, il-kompettitivita u l-agenda ta’ Lisbona. Wiehed jista’ jifhem li l-ghanijiet li stabilixxew il-fundaturi tal-Unjoni, illum intlahqu u hu ghalhekk l-Unjoni Ewropeja qed tahdem fuq ghanjijiet godda. Dan ma jfissirx li x-xoghol li baqa’ jsir biex l-ghanijiet originali jintlahqu hu zghir. Baqa’ hafna xi jsir. Importanti ghalhekk li llum li l-Kummisjoni Ewropeja issib mezz kif tikkonsolida dak li gie mirbuh biex l-Ewropa tkun tista timxi lejn l-ghanijiet urgenti tal-lum.
L-enfazi tal-lum hi ekonomika. Jigifieri ghandu jsir biex tissahhah l-kompettivita’ fuq livell Ewropew: ambjent legislattiv ahjar u anqas inkumbranti, suq wiehed ewropew li jahdem tassew bhala suq hieles b’mod partikulari f’dak li ghandu x’jaqsam mas-servizzi. Politika kummercjali li tkun tassew liberali u timxi lejn l-innovazzjoni u aktar flessibilita’ u mobilta’ fis-suq tax-xoghol. Dan kollu jekk isehh jissarraf f’aktar xoghol u f’aktar gid.
Fil-verita izda sar hafna diskors dwar kemm hu importanti li dan kollu jsir imma issa l-htiega urgenti hi li kemm fuq livell Ewropew kif wkoll fuq livelli ta’ Gvernijiet membri, dak li ghandu jsir jitwettaq biex dak li gie miftiehem sitt snin ilu f’Lisbon jitwettaq. Tajjeb li l-Kummissjoni Ewropeja u l-Kunsill tal-Ministri u l-Gvernijiet imsiehba jkunu jafu x’inhi l-marda. Djanjosi tajba. Imma t-trattament ahjar. Il-pazjent jfiq irid u mhux nghidulu biss x’ghandu hazin. L-Ewropa illum mimlija esperti li joholmu hafna u jipproponu ftit. Dan sindromu li f’pajjizna nafuh sewwa: kulhadd jghid u jgerger, imma hadd ma jipproponi s-soluzzjonijiet.
Dawk li waqfu l-Ewropa maqghuda hasbu l-aktar dwar kif iwaqqu l-hitan u l-fruntieri li kienu jzommu lil Ewropa politikament mifruda. Hasbu li la jitnehhew l-fruntieri u l-ixkiel ta’ bejn pajjiz u iehor l-prosperita’ li tirrizulta wahedha iggib l-kumplament. Fil-verita il-hitan li kienu jzommu l-moviment hieles ta’ haddiema, merca, servizzi u kapitali illum twarrbu. Izda l-ghan ahhari ta’ suq wiehed intern hieles ghadu ma ntlahaqx.
L-ostakoli li baqa’ huma hafna u x’uhud determinanti. Tezisti dik li tissejjah l-‘gold plating’, il-privileggi specjali li jgawdu certi pajjizi membri fl-implimentazzjoni tad-direttivi – il-ligijiet jghoddu, imma mhux ghal kulhadd indaqs. Hemm il-kwistjoni kumplikata tas-sistema ta’ trasferimenti finanzjarji, dik imsejha multilateral interchange, sistema ta’ hlasijiet bejn pajjiz u iehor li effetivament tgholli l-ispejjez f’pajjiz wiehed u skapitu’ tal-pajjiz l-iehor u b’hekk ikun assigurat li ma jahdimx is-suq wiehed hieles fejn jidhol pagamenti u transferimenti ta’ hlasijiet ghax dak li jigi irhis f’pajjiz wiehed ikun fil-fatt aktar gholi fil-pajjiz l-iehor. Meta imbghad nigu ghal-bejgh ta’ prodotti u servizzi bejn pajjiz u iehor mhux biss is-sistema ta’ pagamenti tiddiskrimina, imma imbghad issib wkoll nuqqas serju ta’ trasparenza. Kummercjant ma jkunx qaf ezattament ta’ xiex qed ikun iccargjat mill-istituzzjonijiet finanzjarji. Ftit huma n-negozjanti li jidhlu f’dawn l-irqaqat izda is-sistema tal-pagamenti illum hi wahda li tohloq zvantaggi kbar ghall-kompetizzjoni. Barra minn hekk hemm wkoll n-nuqqas ta’ carezza fuq termini legali li ma jaghmluhiex possibbli li negozjant jipprevedi ezattament x’ser ikun il-prezz ahhari ta’ kull transazzjoni. Dan meta suppost hu suq hieles u r-regolamenti jghoddu l-istess, kullimkien.
L-aktar li jsoffru b’dan kollu huma n-negozji z-zghar ghax l-kbar jaffordjaw iqabdu l-esperti li jhollulhom il-kobob legali u teknici. Infieq fuq dan kollu ghall-kbar jintilef meta ix-xoghol ikun fuq kuntratti kbar. Ghaz-zghir imma dawn huma problemi bla qies, iqumu hafna u jincizaw hafna fuq l-prezz tal-prodott jew servizz tant li ma jaghmluhx kompetittiv. Ghalhekk is-suq wiehed Ewropew ghadu suq iddominat mill-intraprizi l-kbar. Iz-zghar fil-fatt ghadhom ikkoncentrati l-aktar fis-swieq interni ta’ pajjizhom. Il-pizijiet li ghadhom isofru l-kummercjanti li jikkumercjalizzaw prodotti bejn pajjizi ewropew u iehor ghadhom enormi u jaghmel tajjeb ghalihom l-konsumatur. Il-kummercjant ma jarax xi vantaggi li jikkompensaw ghall pizijiet u xkilijiet li jsib. L-infieq zejjed jghaddihom imma l-konsumatur qed ikun imcahhad minn ghazla ikbar u prezzijiet ahjar. Il-pajjizi qed isoffru mill-impatt negattiv li jgib mieghu t-tfixkil lis-suq hieles ghax dan it-tfixkil mhux ghajr forma sublimi ta’ protezzjonizmu.
Min jirraprezenta lil haddiema jahseb li dan l-ixkiel jisselvagwardja l-impjiegi. Fil-verita izda johnoq il-prosperita u l-holqien ta’ impjiegi godda.
Min bhali llum hu attiv fuq livell Ewropew fl-oqsma tal-kummerc jaf kif organizzazjoni bhal EuroCommerce, li hi l-organizzazjoni Ewropeja li tirraprezenta s-settur tar-retail, tal-wholesale u tal-kummerc u li taghha jien membu tal- Ezekuttiv Ewropew, qed taghmel sforzi kbar biex jitnehhew l-intoppi kbar li baqa biex is-suq wiehed ewropew jkun verament suq hieles.
Mhux facli izda li dan isir malajr ghax huma wisq l-interessi. Hafna drabi il-politici, imbuttati mill-interessi ta’ gruppi b’sahhithom f’pajjizhom, jghidu haga u jwettqu ohra. Ahna nbghatu biex nispjegaw li illum hafna battalji jridu jintrebbhu fi Brussels. Il-businessman Malti ghalhekk irid bilfors ikun rapprezenta fil-fora importanti Ewropej u rapprezentant b’nies ta’ kalibru.
Pero pajjizna donnu imhawwad dwar kwistjonijiet bhal dawn. Jien insegwi l-posizzjonijiet li tiehu Malta f’livell Ewropew. Ninnota nuqqas serju ta’ konsistenza. Malta ma baqala’ xejn xi tgawdi mill-protezzjoni u hafna xi dgawdi mis-suq hieles Ewropew. Ahna irridu minn dan is-suq. Malta staghniet matul is-sekli kull meta l-kummercjant Malti kellu l-hila jinnegozja f’suq hafna u hafna ikbar minn taghna. Malta tirbah aktar milli titlef aktar ma l-ewropa tnehhi l-ixkiel zejjed li jzommha fi stat ta protezzjonizmu.
Sfortunatament izda forzi b’sahhithom, kemm minn naha tat-trade union, kif wkoll minn naha tal-monopolji industrijali antiki, jistinkaw bil-mezzi kollha taghhom biex idawwru l-arlogg lura. Malta m’ghandhiex tinqabad b’din il-loghoba. L-istorja millenja ta’ Malta turina li meta ahna konna kapaci ninnegozja l-prodott ta’ haddiehor u nbieghuh f’suq hieles. Malta imxiet il-quddiem. Ahna kummercjanti. Il-loghba tas-suq wiehed hieles Ewropew malajr nitghallmuha. Imma mhux bil-kumplikazzjonijiet ta’ sistemi rigidi li jaghmluha difficli ghan-negozji z-zghar li jimirhu u jfendu. Ma nifhem qatt jien kif Malta hafna drabi tilghab il-loghoba tal-kbar.
L-Ewropa illum qed tkun dominata minn mewga ta’ protezzjonizmu fuq livell nazzjonali u d-dhul ta’ aktar pajjizi li sal-bierah kienu kommunisti, mhux jghin biex ir-rih tal-liberalizmu jonfoh aktar. Importanti fl-2007, aktar minn qatt qabel, li it-tmexxija Ewropeja jkollha il-vizjoni u l-kuragg politiku li jsarrfu il-kliem f’azzjoni.
Post Malta hu magenb min ghandu il-vizjoni u l-kuragg ghall-bidla.
L-quddiem u mhux lura.
The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.
A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).