SME Chamber

Rapport Amministrativ

Pre-Ambolu

F`dan ir-rapport se naghti harsa lejn fejn wasalna s`issa bhala Kamra tan-Negozji Zghar u Medji fix-xoghol taghna fl-2009. Nirraporta wkoll fuq l-issues l-aktar importanti li ghandna quddiemna hekk kif qed inkomplu bl-isforzi biex nintegraw aktar l-ekonomija ta` pajjizna ma`dik tal-Unjoni Ewropea li taghha ahna parti integrali. L-issues li qed nishaq fuqhom huma dawk li jolqtu lis-settur kummercjali u dak tal-intraprizi zghar u medji f`kuntest ekonomiku Malti u Ewropew.


L-2009

Din zgur li kienet wahda mill-aghar snin ghal ekonomija mondjali.
F`hafna pajjizi il-qaghad qabez l-ghoxrin fil-mija, s-salarji gew
imqaccta u l-bejgh mill-hwienet f’xi pajjizi bhal Latvia naqas aktar
minn 30%. F’ Malta skond l-istatistika tal-Eurostat il-bejgh
mill-hwienet naqas b’19.6% li hi r-raba l-aktar waqa fil-bejgh fost
il-pajjizi tal-EU fejn il-medja hi ta’ nuqqas ta’ 4%.


Il-prospetti ghas-sena 2010 ma tantx huma tajbin u ghalhekk hu
importanti hafna li ahna nkomplu nixprunaw il-Gvern biex jaghmel dak li
hu possibli sabiex in-negozji zghar ta`pajjizna ma jitkissrux u li
l-ekonomija fil-limitu tal-finanzi li ghandu l-pajjiz izzomm il-waqa`
l-isfel u terga tibda tikber.
Il-GRTU sa minn Gunju 2008 rat dan l-ghawg gej u kienet strumentali
biex timbotta l-Gvern sabiex johloq strategija ta` konteniment biex
il-mewg ekonomiku ma jkissirniex. Il-Gvern ha hafna mill-pariri
tal-GRTU matul l-ahhar erba’ xhur ta’ l-2008 u aktar u aktar matul
l-2009. Ghalkemm il-GRTU iddikjarat pubblikament wara il-Budget
tal-2009 li l-Gvern ma kienx kuragguz bizzejjed, xorta hadna bizzejjed
sabiex id-daqqa tal-ekonomija ma tolqotnix qawwija daqs kif laqtet
lill-pajjizi ohra. Illum nokorbu bli gara, izda hadd ma jobsor x`seta
gara kieku qaghadna b`idejna fuq zaqqna u ma konniex il-hin kollu nafsu
fuq il-Gvern.


Il-GRTU iccaqalqet mhux biss fil-livell
lokali imma wkoll fuq livell Ewropew. Ahna  uzajna l-influwenza dejjem
tikber li llum ghandna bhala GRTU fil-EuroCommerce, fil-UEAPME, fl-EESC
u mall-Kummissjoni Ewropea biex nizguraw li l-Unjoni Ewropea jkollha
pakkett ta` stimulu ekonomiku li jipprijorizza l-intrapriza zghira u
medja. Id-Direttur General tal-GRTU f’isem l-GRTU u l-intraprizi ta`
Malta ghamel parti mit-Task Force tal-UEAPME li nnegozzjat
mall-Kummissjoni dwar dan il-pakkett ta’ stimolu.


Il-lobbying
ta` organizazzjonijiet bhal GRTU permezz tal-interventi diretti
mall-Kummissjoni Ewropea u mal-Gvernijiet kellhom l-effett taghhom u
jekk l-ekonomiji Ewropej ma nbarmux daqs dawk f`regjuni ohra, inkluzi
dawk Amerikani,  hu sforz tal-mexxejja tal-SMEs Ewropej li fi zmien
verament hazin ghan-negozji hdimna biex ir-realtajiet ekonomici
tan-negozji zghar u medji jkunu maghrufa u jitfasslu skemi ta’ support.
Dawn l-affarijiet jiehdu z-zmien, pero’ illum ghandna numru ta’ skemi
li jekk jithaddmu tajjeb sid in-negozju ghandu bihom ghajnuna li
fir-ricessjonijiet ekonomici ta’ qabel ma kellux bhalhom. Il-pakkett
ta` stimulu li sfurzajna l-Unjoni Ewropea taddotta jiehu wkoll in
konsiderazzjoni l-problemi tal-ekonomiji zghar bhal Malta u wkoll
l-problemi tal-intraprizi zghar u medji f’kuntest ta’ ekonomija zghira
u miftuha bhal Malta.  Dan kien l-ikbar kontribut li tghat il-GRTU ghal
Malta.


Ix-xoghol tal-GRTU bhala kelliema tan-negozji zghar
u medji kemm f`Malta kif ukoll fuq livell Ewropew qatt ma kien b`sahhtu
u rikonoxxut daqs illum ghax is-sistema li tuza l-GRTU hi winner: ahna
nippreparaw ruhna sew u nuzaw il-mezzi kollha possibbli biex il-fatti
inkunu nafuhom.  Nuzaw il-Ministri Maltin, l-MEUSAC u l-kuntatti
diretti regolari li ghandna mall-Prim Ministru u mall-Ministru
tal-Finanzi biex nizguraw li l-pozizzjoni li tiehu Malta tkun
influwenzata minnha. Ahna mbaghad nahdmu fuq livell Ewropew biex
nizguraw li l-htigijiet ta’ Malta jiddahhlu fit-talbiet li l-ghaqdiet
Ewropej li minnhom nghamlu parti jikludu wkoll l-interessi ta’ pajjiz
zghir bhal Malta. Ahna kburin li dan hu servizz li ahna qed naghtu mhux
biss lill-membri taghna u lis-settur kummercjali Malti kollu, izda
lill-pajjizna.


Qasam li ahna issa sirna tajbin fih u li
jaghti sodisfazzjon kbir lil hafna membri li jippartecipaw maghna huwa
dak tar-ricerka, fejn ahna kontinwament insaqsu lil intraprizi li
nirraprezentaw kif jahsbuha, x`iridu u x`inhuma jesperjenzaw fuq
diversi kwistjonijiet. Ir-rizultat ta’ dan kollu jghinna biex infasslu
soluzzjonijiet u strategiji li jaghmlu sens ghal intraprizi Maltin u li
ahna nizguraw li l-veduti taghna jkunu nkluzi fil-proposti tal-ghaqdiet
Ewropej. Ahna qatt ma nitolbu t-twettiq tal-impossibbli, dejjem
fl-isfond ta` dak li hu possibbli u dak li jridu n-nies li
nirraprezentaw ahna. Li taghmel il-GRTU hu li tipproponi u tinnegozja,
mhux dejjem jigina kollox sew, imma l-influwenza taghna hi kbira u
rikonoxxuta. Reputazzjoni tajba ma tirbahiex b`xejn. Trid tahdem
ghaliha.


Fil-GRTU llum barra l-kapacita’ u l-esperjenza
tad-Direttur Generali, s-sostenn kontinwu tal-President u tal-membri
tal-Kunsill u tal-Kumitati tal-GRTU u l-hafna advisers li ghandna,
ghandna wkoll team ta` nies jahdmu fil-GRTU li hu bla dubju l-aqwa li
l-GRTU qatt kellha u lkoll jahdmu minn qalbhom u b`entuzjazmu. Il-GRTU
illum mhux biss ghandna Ufficcini li jghamluna kburin imma ghandna
ukoll team li jghamlilna gieh. Irnexxielna f’dawn l-ahhar ftit snin
nirriformaw, nirristrutturaw u niddicentralizzaw biex dahhalna aktar
rapidita’ fl-azzjoni u aktar rapport dirett mall-membri taghna. Hu
ghalhekk li din is-sena kellna hafna aktar kuntatti diretti mall-membri
taghna f’diversi oqsma u lokalitajiet u li din is-sena organizzajna
aktar laqghat generali ta’ sezzjonijiet, aktar laqghat fil-lokalitajiet
u aktar laqghat ta’ Kumitati u hdimna fuq aktar suggetti milli qatt
hdimna qabel.
Il-GRTU mhix organizazzjoni piramida fejn kollox irid
jghaddi minn fuq nett imma hi organizazzjoni catta bl-inqas burokrazija
possibli li taghti inizjattiva lil min irid jahdem biex jahdem u
jmexxi. Li ghamilna din is-sena huwa li fassalna fil-bidu tas-sena
programm ta’ hidma li jinkludi l-pilastri ta’ azzjoni li qed issemmi
hawn taht u l-membri ta l-istaff gew inkarigati minn oqsma differenti u
li jirrapurtaw direttament dwarhom lid-Direttur Generali. Barra dawn
il-pilastri il-GRTU hadmet ukoll fuq numru ta` kwistjonijiet li johrogu
minn programm ta` hidma tal-EuroCommerce u UEAPME u li jolqtu
lill-Kummercjanti u l-SMEs kemm f’Malta kif ukoll fil-kumplament
tal-Unjoni Ewropea. Dwar din l-issue importanti u l-hidma taghna
qieghed nirraporta aktar l-isfel. Il-pilastri tax-xoghol taghna kienu
dawn:


•    L-ekonomija lokali
•    Retailing u s-sistema ta`distribuzzjoni
•    Kummerc lokali u internazzjonali
•    Transport u logistika u portijiet
•    Affarijiet tal-Konsumatur u ta Kompetizzjoni Gusta
•    Agevolazzjonijiet fiskali u skemi ta`support lill-SMEs
•    Zvilupp u Kostruzzjoni
•    Energija u Ambjent
•    Health and Safety u Food Hygiene
•    Teknologija tal-informazzjoni
•    Internazzjonalizazzjoni
•    Attivita’ Ekonomika fil-Lokalitajiet
•    L-Ekonomija Ghawdxija
•    EU Funding u EU Support
•    Affarijiet Rurali
•    Affarijiet ta`sahha u s-settur tal-Farmacewtika
•    Regolamenti u ligijiet tax-xoghol
•    Taxxi u sistemi fiskali
•    GRTU financing

Fil-GRTU
illum nimpjegaw tmienja min-nies u l-Kunsill jaqsam ix-xoghol bi
President u sitt Vici Presidenti. Illum ix-xoghol tal-GRTU kiber immens
u qed isir dejjem aktar difficli. Dejjem tikber il-problema ta` kif
nzommu lil kulhadd infurmat b`dak kollu li jigri. Fil-bicca l-kbira
tal-kazi l-membri jkunu jafu biss dak li jolqot lilhom direttament u ma
jobsru qatt li hemm elf haga ohra li fuqhom l-GRTU qed tahdem.
Il-fiducja hi ghalhekk importanti hafna ghax nohorgu kemm nohorgu GRTU
newSTRINGS, nibghatu kemm nibghatu emails u ittri, ncemplu kemm
incemplu u naghmlu kemm naghmlu laqghat, qatt mhu bizzejjed biex
kulhadd ikun infurmat u jkun sodisfatt. Infatti illum hi spiza enormi
ghal GRTU biex izzomm il-membri l-hin kollu infurmati.  In-Newsletter
li naggornaw kwazi kuljum flimkien mal-website u l-emails ma jaqtghu
qatt, u t-telefonati jiswew il-flus. Anki l-laqghat, posta, printing u
dak kollu li hu mehtieg jghamlu parti mill-infieq taghna u ghalhekk hu
important li ahna nibqghu nishqu fuq il-hlas regolari tal-menswalita’
ta’ kulhadd, xorta wahda izda il-GRTU mhux kapaci tiffinanzja lilha
innifisha kieku mhux ghax b’hila ohra qed ingiebu fondi ohra u nbieghu
servizzi lill-membri li bihom nilhqu l-ghanijiet taghna.


Qed
nghamlu sforz kbir ukoll biex inzommu l-ispejjez taht kontrol, fejn qed
nuzaw l-elettronika li tghina nikkomunikaw b’mod aktar irhis, dan
minghajr ma innaqqsu l-livell professjonali li lllum is-sidien
tan-negozzji u l-awtoritajiet pubblici jippretendu minn ghaqda kbira
bhal ma hi l-GRTU. Illum l-ufficini tal-GRTU fil-Belt m`ghadhomx dawk
mudlama li kienu darba imma huma ufficini moderni li jilqghuk u s-sala
taghna illum hi attrajenti u l-organizazzjoni b’hekk tigbdek aktar.
Pero qed nahdmu wkoll hafna fil-lokalitajiet grazzi ghall-kooperazzjoni
shiha li ghandna ma hafna Kunsilli Lokali kif ukoll ma kazini
fil-lokalitajiet. Il-problemi fil-lokalitajiet kemm f`Malta kif ukoll
f`Ghawdex zdiedu hafna u ghalhekk li llum ghandna lil Carmen Borg
persuna dedikata ghal dan ix-xoghol. F’oqsma ohra ukoll ghandna nies li
qed jiddedikaw hafna mill-energija taghhom biex il-qasam fdat f’idejhom
jigi l-quddiem.
Qasam important li illum attivi hafna fih hu dak
tal-ambjent. Kwistjoni ohra importanti ghalina bhala organizazzjoni li
nirraprezentaw in-negozjanti hi dik tal-immaniggjar ta` skart u
problemi ta` energija u ta`riciklagg. Illum ghandna lil Joe Attard,
persuna li ddedikat ghal kollox fuq xoghol marbut ma dan il-qasam.
Il-GRTU illum thaddem skema ta`compliance u immaniggjar ta` skart
ricikabbli li hi l-aqwa fil-pajjiz. Illum Green MT, li hi kumpanija
100% owned mill-GRTU, hi responsabbli ghall-gbir ta` kwazi elf u tmien
mitt (1800) tunnellata ta` skart tal-ippakkeggjar u bil-kuntratti li
ghandna ma` numru kbir ta` Kunsilli Lokali qed nigbru 79% ta`dan
l-iskart. Dan hu qasam li kull ma jmur qed isir dejjem aktar importanti
u xogholna hu li nnaqsu l-piz ta’ dan kollu ghan-negozjant. Wara li
l-GRTU wahedha iggieldet lill-Gvern meta kien ser idahhal sistema
ta`depoziti fuq kull prodott u packaging, skema li  kieku dahhlet
kienet iggennen lil konsumaturi u ssallab wahda nobis lir-retailers
kollha. Il-GRTU accettat l-obbligu li lil Gvern ittieh u thaddem hi
alternattiva li filwaqt li tiffavorixxi lir-retailers u lil importaturi
billi tnaqqsilhom l-piz enormi li ghandhom taht il-ligi, ukoll tghin
biex pajjizna jkun aktar nadif u nkunu kapaci nibzghu aktar ghal
sahhitna u nindukraw l-interessi tan-nies kollha li jaqalghu hobzhom
minn dan is-settur.


Illum Green MT, u maghha l-GRTU, hi
rispettata immens tax-xoghol li qed taghmel f`dan is-settur u bis-sahha
ta` dan hafna importaturi illum dahhlu fil-GRTU bhal ma dahhlu wkoll
il-bicca l-kbira tal-waste carriers u l-operaturi licenzjati fil-qasam
tal-immaniggjar tal-iskart. Ix-xoghol li l-GRTU ghamlet f`dan il-qasam
hu immens. Ir-rizultati bdew jidhru. Baqa hafna u hafna xi jsir u rridu
nahdmu aktar biex inkissru l-injoranza kbira li baqa` fuq dan
is-suggett fost hafna negozjanti, injoranza li mhux biss qed ggieghel
lil min jghaddihom biz-zmien imma wkoll li qed ittelfilhom
opportunitajiet godda.
Il-proposti li l-GRTU tressaq quddiem
il-Gvern huma ghal kull qasam. Il-qasam tal-izvilupp u tal-kostruzzjoni
hu wiehed fejn il-GRTU ma tieqafx tressaq f`isem dan is-settur
soluzzjonijiet prattici ghal problemi reali. Fl-ekonomija taghna
l-izvilupp fil-kostruzzjoni huwa mutur importanti li minnu jghixu
direttament u indirettament  hafna negozji u hafna self employed.
Sandro Chetcuti li jmexxi l-Kumitat  f`dan il-qasam, ghandu warajh
numru kbir ta` zviluppaturi u kuntratturi u l-Gvern jaghmel sewwa li
jaghti kaz hafna ta`dak li illum l-GRTU tghid f’isem dan is-settur.


Il-proposti
tal-GRTU ghar-riforma tal-MEPA kienu fost l-aktar dettaljati u precizi
u nflewenzaw bil-kbir dak li eventwalment il-Gvern ippropona.
Ikkonvincejna ukoll lill-Gvern li jwaqqaf Joint Working Committee, kif
fil-fatt gie mhabbar fil-Budget 2010, u dan il-Kumitat ser jahdem fuq
pakkett shih ta’ proposti illi zviluppaturi membri tal-GRTU ipprezentaw
lill-Gvern u li l-Gvern ma lahaqx inkorpora f’’Budget 2010. Il-Proposti
tal-GRTU huma immirati li jaghtu nifs gdid u futur ahjar lil dan
is-settur importanti. Mhux ta b’xejn li f’hafna okkazjonijiet il-Prim
Ministru ta’ Malta ifahhar lill-GRTU bhala l-organizazzjoni Nazzjonali
li l-aktar li tinfluwenza l-politika tal-Gvern u li l-aktar li
tipprezenta suggerimenti u proposti effettivi. Qatt il-GRTU bhala
organizzjoni ma kellha l-influwenza u l-livell ta’ stima li ghandha
illum. Budget 2010 juri bil-fatti kemm dan hu vera. Il mira taghna issa
hi li fl-2010 inkomplu fit-triq li qbadna u nizguraw li l-iskemi li
pproponejna jitwettqu.


Qasam iehor li llum il-GRTU hi
attiva hafna fih u tirraprezenta firxa wiesa hafna ta’ negozji li
jiddependi minnu hu dak tat-turizmu. Il-GRTU temmen li c-cifra ta’
miljun u mitejn elf turist fis-sena hija cifra baxxa wisq biex issostni
l-investimenti kbar li retailers, importers, restaurants, bars,
catering u service providers bhal rent-a-car, coaches, tour operators
ecc ghandhom f’dan is-settur. Dan is-settur fil-GRTU hi raprezentata
b’mod b’sahhtu minn Philip Fenech, li hu wkoll membru tal-Bord
tal-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu u f’isem dan is-settur il-GRTU
ipprezentat pakkett shih ta’ proposti. Il-GRTU qed issostni li
t-turizmu jrid jinfirex ahjar ma’ Malta kollha u rridu noholqu aktar
postijiet ta’ akkomodazzjoni fil-lokalitajiet. Il-GRTU qed tahdem
fil-qrib mal-Kunsilli Lokali u mas-Segretarju Parlamentari ghat-Turizmu
u s-Segretarju Parlamentari ghall-Kunsilli Lokali biex il-pjan fil-GRTU
jitwettaq. F’dan il-qasam baqa’ hafna xi jsir biex dak li rridu
jitwettaq.


Qed nistennew wkoll li l-Gvern li jkompli jwettaq
il-proposti li l-GRTU resqet ghal qasam tal-farmacewtika u tas-sahha,
qasam li ghall-GRTU imexxi b`mod kapaci Mario Debono mghejjun minn
Alfred Barthet.  Il-Pharmacy of Your Choice (POYC) hi holqien tal-GRTU
u l-GRTU mhux se tieqaf qabel tara skema nazzjonali li twassal ghand
kull pazjent medicina addattata, f`waqtha, bl-aktar mod efficjenti u
prezz effettiv u li tirrendi lil kull sid ta` spizerija fil-lokalita’ u
lil kull importatur il-qlieh dicenti tieghu. F`dan il-qasam qed nahdmu
wkoll mal-Gvern biex il-programm tar-riforma tas-sahha tal-poplu
tithaddem bl-involviment shih tal-privat, minghajr ma jiddahhal xkiel u
pizijiet zejda fuq s-settur privat u li jibni fuq l-inizjattiva
privata. Anke f’dan il-qasam il-GRTU illum hi leader u ghandha
inflewenza kbira fuq id-decizjonijiet tal-Gvern.


Il-GRTU
wkoll ghaddejja b’numru ta’ laqghat u inizzjattivi ta’ tahrig
lill-imsiebha biex dawn jifhmu aktar ir-ricessjoni li laqtitna u meta
tghaddi din il-mewga kerha hafna ditti li ma jkunux irristrutturaw,
bidlu l-istruttura ta l-ispejjez taghhom u ma jkunux investew
f’inizjattivi u f’innovazzjoni godda ser isibuha bi tqila biex jibqghu
jikkompetu. Dawk li dahlu ghal maltempata diga mifnija
bid-diffikultajjiet finanzjarji ser isibuha bi tqila biex jkomplu
jfendu ghax il-kompetizzjoni ser tkun hafna aktar akuta. Huwa ghalhekk
li f’dawn l-ahhar xhur kissirna mohhna u iddedikajna l-hin kollu taghna
biex ninbuttaw lill-Gvern u lill-banek kummercjali u lill-awtoritajiet
statali biex ipoggu fuq l-oghla post tal- prijoritajiet taghhom
il-problemi tan-negozji zghar u medji ta’ pajjizna. Hu ghalhekk li
l-GRTU hadmet biex l-iskemi ta’ appogg lin-negozji li jithaddmu
mill-Malta Enterprise jkunu miftuhin ghal kull tip ta` negozju u mhux
biss ghall-manifattura. Illum kummercjant, sole trader, u kull settur,
anke retailer u self employed, jista` japplika ghal ghajnuna.


Illum
il-GRTU ghandha postha fil-Bord tad-Diretturi tal-Malta Enterprise u hu
success kbir ghal GRTU li skemi bhal dawk tal-energy saving, bhal dik
tal-assistenza fuq safar biex jinstabu swieq u sorsi ta’ importazzjoni
godda, skemi ta` self ta` micro credits, skemi ta` agevolazzjonijiet
fiskali u tax credits u skemi ta` support fuq energy audits, marketing
innovation, restructuring, likwidita`, energy costs, irrangar ta`
hwienet u workshops, xiri ta` makkinarju u apparat gdid, investimenti
fuq health and safety u fuq access ahjar ghal min ghandu problemi
fizici u biex jinholoq impjieg gdid, huma kollha disponibbli
ghan-negozji z-zghar Maltin kollha.


L-istess l-iskemi mhaddma
mill-ETC. Illum dawn miftuha ghan-negozji zghar. Irnexxielna wkoll
inhajru l-Gvern johloq fond gdid biex jghin in-negozji tal-Crafts u
hdimna biex fl-ahhar se jkun hemm ligi wahda li tippromwovi u ssostni
n-negozji z-zghar. Is-Small Business Act hu progett li l-GRTU ilha
tahdem fuqu fuq livell Ewropew u livell Malti sa mill-1996. Il-GRTU ta’
Malta kienet arkitett ewlieni tac-Charter for Small Businesses li
iddahhal fis-sena 2000 u illum kienet ewlenija fil-proposti dwar
is-Small Business Act. L-istess fuq il-ligi dwar is-servizzi li
taghmilha veru possibbli li negozji zghar Maltin jiehdu xoghol
fil-pajjizi l-ohra Ewropej bla ma nkissru dak li ghandna f`Malta.
Il-GRTU wahedha ghal snin twal hadmet fuq suggetti bhal dawn u ohrajn
li huma ta` vantagg ghan-nies fin-negozji immexxijin minn sidhom stess.


Matul
din is-sena enfasizzajna hafna l-qasam internazzjonali.  Abigail Mamo
bhala r-responsabbli ghal dan is-settur  hadmet biex inkunu up to date
fuq l-issues li l-Kummissjoni Ewropea tressqilna u li dwarhom tkun trid
l-opinjoni tal-kummercjanti Maltin u hdimna wkoll biex inwettqu
l-programm ta` hidma miftiehem fuq livell Ewropew mal-EuroCommerce u
l-UEAPME, iz-zewg organizazzjonijiet li maghhom l-GRTU hi integrata.
Hdimna wkoll biex insibu swieq godda u opportunitajiet godda
ghan-negozji rapprezentati mill-GRTU u irnexxielna nilhqu ftehim ma`
numru ta` organizazzjonijiet u kmamar li jirraprezentaw lin-negozji
zghar u medji f’diversi pajjizi biex dawn joffru l-ghajnuniet kollha
taghhom lis-sidien tan-negozji Maltin li jfittxu kummerc u investiment
gdid u inizzjattivi godda ma` pajjizi ohra.


Mhux facli li
negozjant ifittex kuntatti godda jekk fil-pajjiz li mieghu jkun ser
jahdem m`hemmx organizazzjoni li lesta li tghinu. Malta zghira,
Ambaxxaturi ftit ghandha, ghalhekk il-GRTU trid bilfors tipprovdi
pjattaforma li tghin lin-negozjant Malti jiffaccja l-problemi li zgur
jiltaqa’ maghhom meta ikun qed jifrex lejn pajjizi godda. Dan hu qasam
gdid ghall-GRTU u hafna membri taghna u l-esperjenzi ta’ ghaqdiet ohra
bhal GRTU f’pajjizi ohra uriet illi n-negozji rapprezentati mill-GRTU
igawdu hafna minn din l-attivita gdida u din l-attivita’ tkun raguni
biex aktar sidien ta’ negozji jissiehbu u jkunu attivi fil-GRTU.


Din
is-sena ghamilna arrangamenti ma` organizazzjonijet f’ numru ta pajjizi
fosthom l-iZvezja, ir-Repubblika Ceka, il-Polonja, il-Qatar, l-India u
d-Danimarka. Dan hu qasam li rridu nahdmu aktar fih. Min ghadu jahseb
li hu s-suq lokali biss hu l-ghalqa li fih irridu nahdmu hu zbaljat bi
kbir. L-appogg li llum ghandha l-GRTU minn hafna imprendituri l-aktar
dawk zaghzagh u f’oqsma godda juri li qeghdin fi triq is-sewwa.
Pajjizna irid hafna minn barra u illum l-elettronika taghmilha possibli
biex inkunu aktar ambizzjuzi u nimmiraw li nbieghu l-hiliet taghna
f’pajjizi ohra. L-opportunitajiet huma kbar pero irridu nahdmu biex
insibuhom u nsahhuhom. Irridu tant u tant minn barra u hemm
opportunitajiet bla razan u irridu ngharfu nsibuhom.


Il-GRTU
se tkun tahdem aktar f`dan il-qasam. Bhal ma qed tahdem ukoll hafna
fil-qasam tal-innovazzjoni u tar-ricerka u tal-informatika. Irridu
inkunu kapaci u nkunu ta` gwida u ta` servizz lill-membri taghna.
Iz-zmien li l-GRTU tkun organizazzjoni li tinbah u tnewwah biss ilu li
ghadda. Illum l-GRTU hi ghaqda Nazzjonali li tanalizza, tipproponi u
torganizza attivita’ u servizzi li minnhom il-membri igawdu ghax
jitghallmu, jonqsulhom l-ispejjez u tghinhom jithargu u ifittxu
opportunitajiet godda. Il-futur tal-GRTU hu bhala organizazzjoni li
kapaci tkun ta` spalla u ta` support kontinwu lill-kummercjant u
investitur Malti biex fejn ma jasalx wahdu twasslu l-GRTU.
Il-possibilitajiet li ghandna quddiemna huma enormi. Ahna bhala
organizazzjoni lesti ghal din l-isfida.


Din is-sena l-GRTU
bdiet tahdem fuq progett biex flimkien mal-Gvern insahhu aktar
l-immagini tal-GRTU bhala l-lehen tal-kummercjanti u tal-inizjattiva
privata. Dwar dan tisimghu aktar fl-2010. Bdejna u se nkomplu fl-2010
b`laqghat fuq livell individwali ma` CEO`s u managers ta` kumpaniji
biex inkunu nafu l-problemi taghhom u nfasslu flimkien strategija ghal
quddiem. Irridu li anke dawk li mhux attivi fil-GRTU jsiru huma wkoll
ambaxxaturi tal-kummerc halli f`kull hin u opportunita’ mhux biss
inkabbru n-negozji imma ngibu aktar xoghol lejn Malta. Ghandna wkoll
programm ghaddej ta` laqghat ma` l-istituzzjonijiet kollha Maltin li
ghandhom influwenza fuq ix-xoghol tan-negozji Maltin u dawn il-laqghat
mhux biss qed jibnu relazzjonijiet ahjar ma` min jiddeciedi imma qed
jghinu lin-nies taghna jifhmu ahjar il-problemi li jkollu min irid
jiddeciedi. Illum il-GRTU m`ghadhiex biss tal-ufficjalita’ tal-GRTU
imma aktar u aktar tal-membri. Qatt daqs din is-sena ma ressqu nies,
hafna minnhom godda, lejn il-GRTU u attendew tant nies ghall-laqghat
taghna. Qed nahdmu hafna wkoll biex nibnu ko-alizjoni ma` hafna stake
holders ohra.


Permezz tal-MEUSAC u ta` hafna laqghat
bilaterali qed nahdmu mil qrib ma` ghaqdiet ohra biex fejn nistghu
nghinu lil xulxin. Sahhahna kif ghedna ir-relazzjonijiet mall-Malta
Enterprise u ma` hafna regolaturi li minnhom jiddependu n-negozji. Fuq
kollox bnejna hafna relazzjonijiet b`sahhithom u mill-qrib ma` numru
ta` istituzzjonijiet u operaturi fuq livell tal-EU.


L-ghan
taghna huwa li f`Malta jkollna qafas li fih in-negozju jahdem u jikber.
Bis-sahha tal-pressjoni taghna il-Gvern waqqaf Better Regulation u
Simplification Unit li maghha l-GRTU tahdem bla waqfien. Hafna minn dan
ix-xoghol ma jidhirx. Fil-fatt hemm hafna xoghol ta` kuljum tal-GRTU li
ma jidhirx. Imma hu dan il-hafna xoghol, xoghol tal-GRTU li jaghmel
il-hajja tan-negozji Maltin ahjar.


Illum ahna nippruvaw
nanticipaw il-policies tal-Gvern u ninfluwenzaw kull regolament u
legislazzjoni. Mhux dejjem jirnexxielna. Ezempju car hu l-ligi
tal-kera. Hdimna aktar minn kulhadd biex ikun hemm ligi fair ghal
kulhadd. Kif inhi mhix tajba. Ghadna nirsistu. Imma l-GRTU trid
tibqa`sejra. Kuljum hemm legal notice jew ligi gdida li rridu naraw.
Qabel ma kienu jghidulna xejn. Illum bilkemm nistghu nlahhqu bil-volum
li gej fuqna u b`dak li nipproponu qabel ma jwettaq jew johloq
il-Gvern. Qatt il-GRTU ma kienet involuta b`mod integrat u mifrux daqs
illum.


Il-programm taghna ghalhekk jinkludi hafna focus
events fejn il-membri taghna u stakeholders ohra ngibuhom konxji ta`
issues li huma ma jkunux jafu bihom. Ezempju car kif hdimna hu fuq
il-bank charges, fuq il-hall marking fil-kaz tal-gojjellerija, fuq
l-akkreditazzjoni tal-kwalifiki, fuq id-dokumentazzjoni dwar
l-energija, fuq ic-certifikazzjoni tal-imbejjed u c-certifikazzjoni
tal-istandards tal-prodotti u tat-tahrig, fuq it-thaddiem
tad-distribuzzjoni tal-medicini, fuq it-taxxi tar-registrazzjoni
tal-vetturi u fuq is-sistemi tat-trasport pubbliku u s-sistemi mhaddma
fil-portijiet u fuq l-akkreditazzjoni tal-Corporate Social
Responsibility .


Il-programm taghna ghax-xhur li gejjin jinkludi dawn l-oqsma li dwarhom it-tim tal-GRTU diga qed jahdem:


1.    Ambjent u logistika
•    WEEE directive
•    Direttivi dwar l-ikel u xorb.
•   
Sustainability: se jkun hawn pressjoni fuq prodotti sostenibbli u
limitazzjonijiet lir-retailers fuq bejgh ta` aktar prodotti mhux
dizerabbli.
•    Logistika: pressjoni ma tieqaf qatt li se tkompli tgholli l-infieq fil-portijiet u fit-trasport
•    Freight: kif se niddefendu n-negozjant mit-tariffi dejjem ghola u inqas disponibbli
•    Trasport pubbliku: r-riforma u l-kummerc fil-lokalitajiet u r-regolamenti li qed timponi l-ADT
2.    Kwistjonijiet fiskali TCU
•    Is-sistema ta` Tax Compliance Unit  li l-Gvern irid jimponi aktar fuq il-kummercjanti
•   
VAT: kif se tonqos il-VAT fraud li qed tkun kawza ta`hafna trading
illicitu li qed tkisser hafna negozji u dan bla ma nsallbu lil min hu
diga msallab
•    Excise duties: qed isir ezercizju mal-Gvern biex
ikunu mnaqqsa d-differenzi bejn il-pajjizi u kif dawn se jolqtu
l-membri taghna f`dan is-settur.
3.    Politika dwar l-ikel u l-konsumaturi
•    Dehlin numru ta` regolamenti li jinvolvu s-settur kollu u maghhom il-kwistjoni tal-enforcement fuq il-labelling
4.    Sahha u lifestyle
•   
Sfidi godda li qed jinvolvu regolamenti godda biex jnaqqsu l-obezita’ u
l-alcohol u dan jaffetwa l-bejgh ta`prodotti u servizzi
5.    Animal by-products
•   
Il-GRTU hi involuta fir-ricerka ghax din tolqot bil-kbir lil hafna
negozji u importaturi minhabba l-mod kif irid jigi dispost kull tip
ta`ikel li jifdal.
•    Regolamenti godda dwar food hygiene, animal
health u agricultural u food quality: issa l-qafas tal-legislazzjoni
f`dan is-settur kwazi lest u l-membri taghna f`dan il-qasam se jsibu
ma`wicchom hafna riformi
•    Il-kwistjonijiet kollha dwar food safety: il-GRTU bdiet tidhol f`dan il-qasam bil-kbir u hemm hafna xoghol xi jsir
6.    Information and Communication Technologies
•    RFID: irridu noholqu aktar awareness fis-settur kummercjali fuq l-applikazzjoni.
•    Il-possibilitajiet li dan joffri e-commerce
•   
Business to Business electronic markets: in-negozjant Malti jrid jiehu
l-vantaggi kollha. Il-GRTU irsistiet biex l-iskemi ta` support
mill-Malta Enterprise issa jkunu miftuhin ghar-retailers u x-xoghol
tal-GRTU f`dan il-qasam irid jitkompla biex il-membri jgawdu mix-xoghol
li qed naghmlu
7.    Consumer Affairs
•    Id-Direttiva dwar
id-drittijiet tal-kosumatur: l-EU trid harmonization, f`Malta ghandna
gold plating il-fuq milli timponi l-EU, pero`l-Ewropa ma jistax jkollha
25 set ta` legislazzjoni u pajjiz bhal Malta, zona turistika trid
tlahhaq ma` ta` kulhadd
8.    Collective Redress
•    Il-ligijiet
Ewropej qed jinbidlu biex il-collective redress tkun tista issir ukoll
fil-Qrati taghna. Din lilna tghinha bhala organizazzjoni imma negozju
li jkun milqut b’xi kawza bhal din jista jissallab. Il-GRTU qed issegwi
din il-kwistjoni.
•    Consumer Competition: diehla direttiva dwar dan li ghas-size ta` negozji li ghandna f`Malta bilfors li irridu nikkumbattuha
9.    Data and Privacy Protection
•   
Issa li hafna qed juzaw l-ghodod elettronici importanti li l-GRTU
tizgura li l-membri taghha jkunu infurmati sewwa ghax il-ligi hemm
qeghda u l-kawzi malajr jibdew ghax hemm pressjoni
10.    Market Information
•   
F`Malta l-Gvern mhux qed joffri servizz adekwat dwar il-possibilitajiet
kollha ta` kummerc fl-EU u l-pajjizi mhux kollha qed johorgu
l-informazzjoni
11.    International Trade
•    TDI rules: il-kwistjoni tal-anti dumping rules
•   
Rules of Origin: il-GRTU ma`msiehba ohra tal-EuroCommerce qed tahdem
biex ir-regolamenti jsiru anqas komplessi ghax dan jiftah bieb wiesgha
ghal Maltin biex jinnegozjaw man-North Afrika ghall-EU markets
•   
Il-kwistjoni tal-made in label :Il-Kummissjoni trid li l-made in label 
tkun mandatorja. Din ghandha hafna implikazzjonijiet ghas-suq zghir
Malti
•    Tariff Classifications: qed nahdmu biex it-tariffi fuq
prodotti li jiddahhlu bl-EU jsoffru minn sistemi ta` tariffi aktar
ragonevoli
12.        Electronic Customs
•    Riforma fis-sistema
tad-dwana: se jiddahhlu sistemi godda bl-iskuza tas-security li fil-kaz
ta` Malta jkun ifisser aktar xkiel fuq l-importazzjoni
•   
Is-sistema moderna ta`Custom Code: issa s-sistema wasslet fl-ahhar fazi
tal-implimentazzjoni bla ma ghad ghandna studju tajjeb tal-impatt fuq
is-setturi milqutin
13.    Payment Systems
•    Is-sistema
tal-Credit Cards u l-pizijiet zejda fuq in-negozji: ghalkemm dahlet
is-sistema tas-SEPA, is-sistema tal-credit cards baqghet
anti-kompetittiva u bi spejjez esagerati ghall-kummerc
•    Mobile
payments: din sistema li qed toffri sfidi kbar lir-retailers u f`Malta
ghadna fil-bidu li niflu l-impatt. Il-GRTU qed tlesti.
•    Fraud
Prevention: din theddida kbira ghan-negozji. Il-GRTU attiva mad-Dwana u
mad-Dipartiment tal-Kummerc u mal-Puluzija pero` irridu nsibu mezzi
ahjar biex naraw li r-retailer ma jehilx hu ghal dak li jwikkih bih
haddiehor
•    E invoicing: Qed isiru tahdidiet mall-Gvern biex tidhol aktar sigurezza u dwar dan ukoll diehla direttiva gdida.
14.    SME`s u l-Enterprise Policy
•    Il-Late Payments Directive: GRTU trid tkun attenta ghal indhil zejjed fuq Business to Business transactions
•   
Environment compliance and assistance programme: il-GRTU involuta
f`diskussjoni fuq livell ewropew u lokali biex in-negozji zghar
tizdidilhom l-ghajnuna
•    Small Business Act: il-GRTU issa trid tara progress. Ghamilna wisq xoghol u ghandna ftit rizultati
•   
Direttiva dwar l-Accounts tan-negozji zghar: il-GRTU ilha s-snin tahdem
biex n-negozji zghar ikollhom financial return semplici. Il-Gvern Malti
issimplifika imma fil-verita issimplifika ftit wisq
15.    Social Affairs u Social Dialogue
•   
Revizjoni dwar id-direttiva li tolqot haddiema pregnant: il-GRTU qed
tirsisti biex tissalvagwardja l-interessi tan-negozji z-zghar
•   
Direttivi dwar trattament ugwali: din biex tithaddem f`Malta iggennen
lil hafna negozji zghar u l-GRTU qed titlob salvagwardja
•    Posting of workers directive: din se tolqot lil hafna intraprizi Maltin hekk kif jibdew isibu xoghol f`pajjizi ohra
•    Id-Direttiva dwar impjieg stagjonali: tolqot hafna hafna lil zona turistika bhal Malta
•   
Il-Migrazzjoni:  il-GRTU qed issegwi mill-qrib l-izviluppi f’dan
is-settur, kemm f’Malta kif ukoll barra ghax din il-problema hi sikkina
li taqta miz-zew

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).