Press Release: Positive outcome for Black Friday 2024
29 November 2024
Feedback reported to the Malta Chamber of SMEs on Black Friday results indicates mixed outcomes....
Il-GRTU tat bidu ghal sensiela ta’ tahrig fuq Standardisation sabiex hija tharreg ahjar lis-7,000 membru li hija thaddan f’Malta u Ghawdex. Dan is-seminar gie organizzat flimkien mal-Malta Standardisation Authority u n-Normapme, l-organizzazzjoni Ewropeja tal-SMEs li ghandha x’taqsam ma’ Standardisation u li tifforma parti mil-UEAPME.
Il-GRTU tat bidu ghal sensiela ta’ tahrig fuq Standardisation sabiex hija tharreg ahjar lis-7,000 membru li hija thaddan f’Malta u Ghawdex. Dan is-seminar gie organizzat flimkien mal-Malta Standardisation Authority u n-Normapme, l-organizzazzjoni Ewropeja tal-SMEs li ghandha x’taqsam ma’ Standardisation u li tifforma parti mil-UEAPME.
Dan is-seminar il-GRTU organizzatu ghaliex temmen li johloq awareness ahjar fost il-membri taghha u li huma jistghu juzufrixxu minnu la darba certu standards kif huma mehtiega mid-direttivi Ewropew jigu ezegwiti.
Il-GRTU sostniet illi ghalkemm hija attiva fuq diversi boards sabiex tirraprezenta b’modd l-aktar effettiv lil-membri taghha, sfortunatament ta’ kuljum qieghed jidhlu regolamenti godda li mhux biss qieghed johonqu lis-sidien tal-intraprizi, izda wkoll dawn ir-regolamenti johorgu b’ebda forma ta’ tahrig fuq x’jehtieg jigi mwettaq bir-rizultat ta’ hafna spejjez zejda ghal-imprenditur lokali.
Ghalhekk illum il-GRTU qeghda tahdem biex tidentifika sorsi ta’ finanzjament mill-Unjoni Ewropeja u minn kull fejn tista, sabiex tizgura lid-dipartimenti u l-awtoritajiet tal-gvern ma jibqghux ifajru regolamenti bl-addocc biex dak li hu utli u importanti ghal gid taghna u tal-komunita li nahdmu fiha, jigi ezegwit bl-inqas tbatija u bl-inqas infiq. Ezempju car huwa l-volum kbir ta’ standards u kundizzjonijiet ohra mportanti miktuba mill-MSA. Ma jiswa xejn li jinkitbu volumi ta’ standards ghal kull qasam, mbaghad l-MSA m’ghandiex il-mezzi li tohloq korsijiet ta’ tahrig biex dak li hemm miktub fuq il-karta isir realta’ fil-prattika fuq il-post tax-xoghol.
Il-GRTU sostniet illi issa ilna sentejn fl-Unjoni Ewropeja u din il-bicca li kulhadd inizzel il-karta u jipprintja, u l-imprenditur isibhom ma’ wiccu u hadd ma jispjegalu xi jfissru u hadt ma jtih l-ghajnuna finanzjarja u l-ghajnuna biex ikun jistghu jlahhaq maghhom, trid tinqata.
Aghar minn hekk xi dipartimenti ohrajn jimponi l-istandards b’xi ligi u sid in-negozju jkun jaf biha meta jsib ma’ wiccu corma inspectors godda biex jaraw wettaqx l-ABC tar-regolamenti godda.
Il-GRTU appellat li ahjar naghmlu ftit u sewwa u tghinuna biex lis-sid tan-negozju nispjegawlu u nghinuh fil-prattika, milli naghmlu hafna u noqghodu nimpressjonaw l-Unjoni Ewropeja kemm wettaqna u kemm ahna bravi.
In-nies tal-GRTU ghajnuna mhux tfixkil iridu, imma ma jfissirx li ma jridux standards jew regolamenti, imma illi jsiru sewwa. Meta jsiru sewwa lilna dejjem issibuna maghkhom.
Illum problema kbira ohra li qieghed jaffacjaw l-SMEs hija sfortunatament in-nuqqas ta’ awareness fuq il-beneficcji ta’ standardisation. Dan hafna drabi jigri minhabba in-nuqqas ta’ rizorsi biex wiehed isegwi l-attivitajiet numeruzi u teknikament kumplessi assocjati ma’ standardization li jinkludu l-izvilupp ta’ standards, is-certification ta’ prodotti, personnel u quality systems li ghandhom x’jaqsmu mal-ambjent. Dan, pero, qieghed jirrizulta illi l-membri taghha jigu eskluzi minn opportunitajiet tad-deheb illi joffri s-suq, partikolarment is-suq il-barra mill-ibhra taghna meta klijenti potenzjali tas-suq Malti hafna drabi jiddettaw l-applikabilita’ tal-istandards, certification, sistemi ta’ quality management u processi ohrajn ta’ standardisation ghal proddotti u servizzi taghhom.
Ghaldaqstant, illum il-GRTU temmen li l-isfida taghna lkoll hija li nidentifikaw modi, permezz tas-support propju tal-awtoritajiet Maltin u organizazzjonijiet Ewropew bhan-Normapme, sabiex jigu solvuti dawn il-problemi. Dan is-Seminar ta bidu sabiex tinholoq awareness fuq is-suggett. Dan is-seminar ta harsa hafifa lejn l-ispektrum istiz ta’ standardization u iffoka fuq xi setturi specifici ta’ intraprizi li thaddan l-GRTU.
Il-kelliema ewlenija kienet is-sinjura Karine Iffour, gejja min-Normapme, organizazzjoni illi sservi sabiex tforni informazzjoni fuq l-attivitajiet kontinwi tal-istandardisation Ewropew u tal-partecipazzjoni tal-SMEs fl-izvilupp ta’ Standards godda Ewropew. Il-GRTU, bhala membru tan-Normapme kellha l-opportunita’ illi tottjeni informazzjoni prima faccia fuq l-istandardisation Ewropew li jaffetwaw l-SMEs.
Bil-kollaborazzjoni li l-GRTU ghandha mal-MSA, ghandha wkoll l-opportunita’ li tinfluwenza l-izvilupp tal-istandards biex jipprotegu l-interessi taghna. Ghaldaqstant kien hemm wkoll numru ta’ kelliema mill-MSA li spjegaw d-diversi standards u regolazjonijiet relatati li jistghu jaffetwaw lil-intraprizi, kif wkoll kif l-MSA tista’ tghati daqqa t’id fl-ezigenzi ta’ standardization.
L-Onorevoli Censu Galea, indirizza dan is-seminar fil-ftuh tieghu u sahaq li l-istandards huma krucjali fl-industrija u l-kummerc, kemm mil-lat ta’ sahha u sigurta’, kif ukoll ghall-protezzjoni tal-ambjent, u fl-ahhar mill-ahhar ghal-ekonomija ta’ pajjizna. Jekk wiehed izomm l-istandards fl-intrapriza tieghu, ikun hemm uzu efficjenti tar-rizorsi limitati u l-komunikazzjoni tkun aktar effettiva. Huwa qal illi l-gvern iqis l-istandards bhala ghodda moderna ta’ kif wiehed jista’ jnaqqas il-piz li joholqu certu regolamenti, u li fl-istess waqt huma necessarji. Minflok regolamenti imposti mil-gvern, l-intraprizi jistghu jimxu fuq standards li jiffukkaw fuq is-sahha, is-sigurta’, il-protezzjoni tal-konsumatur, u l-ambjent, bhal mhu C.E. certification.
Huwa qal illi l-Awtorita Maltija ghal-istandards applikat ghal fond tal-Kummissjoni biex jittraducu standards ghal-lingwa Maltija. B’hekk ikun iktar facli biex dawn jigu adottati mill-intraprizi z-ghar. Fl-istess waqt l-MSA qed tipprovdi ukoll Quality Management System jew ISO 9001 certification bi prezz ragjonevoli li jistghu jhallsu l-SMEs.
L-Onorevoli Edwin Vassallo qal illi standardization tfisser kwalita’, organizazzjoni u sigurta ghall-konsumaturi, kif ukoll tghinna ntejjbu l-kwalita tan-negozji taghna, kemm fl-artigjanat, fil-manifattura kif ukoll fis-servizzi. Huwa qal illi l-opportunitajiet kummercjali u industrijali zdiedu, izda wiehed irid jifhem ahjar kif jista jkun ahjar billi jimplimenta l-istandards u kif l-ahjar li jigu organizzat l-enforcement f’numru ta’oqsma meta f’pajjizna diga ghandna l-ewwel fazi ta’ learning experience.
L-Onorevoli Vassallo sostna illi n-negozji z-zghar iridu jahdmu id f’id sabiex l-enforcement officers jaghrfu li issa li n-negozji diga huma konxji ta’ xi standards li iridu jilhqu, ma jistghux jibqghu jippruvaw jaraw kif iharrku. In-negozjant ghandu jgharaf u jitkellem fejn hemm standards mahruga minn Awtoritajiet differenti li huma konflingenti ghal xulxin. Ghandu jsir aktar pooling ta’ l-enforcement ghal organizazzjoni ahjar. Min jahrab min dmirijietu rigward l-istandards, ghandu jigi ddixxiplinat permezz tal-ghaqdiet tan-negozji. Jehtieg li jigu amendati l-ligijiet biex ikunu nkluzi l-esperjenzi li ghaddejna minnhom f’dawn is-sentejn, u dawn ghandhom jiffirlettu l-proceduri u l-htigijiet ta’ min qieghed fin-negozju.
Wara dawn l-interventi s-seminar tkompla bil-presentazzjonijiet tal-MSA u tal-UEAPME. Dawn wiehed jista jkollu access ghalihom mil-website tal-GRTU, www.grtu.org.mt .
The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.
A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).